Sport – Page 41 – One News

Notifiki

Tiġrijiet taż-żwiemel: Tiġi fi tmiemha l-ewwel fażi tas-sajf

Il-Ġimgħa filgħaxija ġie fi tmiemu l-ewwel fażi tal-Kampjonat tas-sajf hekk kif iż-żwiemel kollha issa ġrew darba fuq distanza ta’ 2140m. L-aħħar 8 tiġrijiet kienu ta’ livell ogħli speċjalment dik riservata għal żwiemel tal-aqwa klassi li fiha ħareġ rebbieħ id-debuttant Zonguldak misjuq minn Salvu Cutajar.  Din it-tiġrija kienet waħda ferm mistennija u fejn jidħol spettaklu ta’ ħin ma ddiżappuntatx hekk kif kienet irreġistrata medja ta’ 1’13”6.

Rodney Gatt reġa’ żied żewġ rebħiet oħra qabel il-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kampjonat Ewropew għas-sewwieqa professjonali fejn fi Klassi Gold iż-żiemel And Here I Am irreġistra r-raba’ rebħa tiegħu u fi Klassi Silver ħa l-ewwel rebħa staġjonali tiegħu Tempo d’Ecajeul.

Aqra aktar

Michael Woods mhux ser jibqa’ kowċ ta’ St. Andrews FC

Michael Woods mhux ser jibqa’ kowċ tat-tim tal-kbar ta’ St. Andrews.  Woods kien inħatar b’mod temporanju f’Jannar li għadda wara sensiela ta’ bidliet f’dawk li huma kowċis u rnexxielu jzomm lit-tim fl-għola divizjoni tal-futbol Malti.  L-ex kowċ ta’ Hibernians FC u Floriana FC kien diġà parti mill-klabb hekk kif kien qed imexxi n-nursery ta’ St. Andrews.

Aqra aktar

Emre Can viċin li jingħaqad mal-Juventus

Il-Ġermaniż Emre Can jinsab viċin ħafna li jiffirma maċ-Champions Taljani, Juventus, hekk kif dalgħodu wasal f’Turin. Can, li fl-aħħar staġuni lagħab ma’ Liverpool, spiċċalu l-kuntratt mat-tim Ingliż u għalhekk huwa plejer liberu.

Il-bianconeri ilhom għal xhur sħaħ juru interess qawwi f’dan il-midfielder u jidher li issa jinsabu viċin ħafna li jakkwistaw l-firma tiegħu.Aqra aktar

Kyle Camilleri rebbieħ fil-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018

L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ħabbret uffiċjalment iċChampions u Runner-ups mill-Kampjonati Nazzjonali Honda Motocross 2017/2019. Kyle Camilleri fuq mutur KTM huwa r-rebbieħ tal-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. Camilleri ser ikun qed inizzel ismu għal l-ewwel darba bħala rebbieħ f’din il-klassi. Matul dan l-istaġun Kyle kien segwit minn ħuħ Clayton Camilleri fuq mutur KTM.

Fil-Motocross Klassi B rajna lill Bernard Sammut fuq mutur Beta jirreġistra rebħa wara l-oħra biex b’hekk rebah il-klassifika Overall. Sammut kien segwit minn Michael Sant fuq Mutur Husqvarna.

Aqra aktar

Jibdew l-akkwisti ta’ Ħamrun Spartans FC

Ħamrun Spartans akkwistaw lil midfielder difensiv Antonio Monticelli.  Monticelli mhuwiex wiċċ ġdid għall-futbol Malti hekk kif lagħab għal żewġ staġuni ma’ Floriana FC bejn 2015 u l-2017 qabel ma rritorna pajjiżu fejn lagħab ma’ Budoni FC u U.S. Palmese FC.   Aqra aktar