Sport | One News - Part 4

Notifiki

Riise jirrizenja minn direttur sportiv ta’ Birkirkara FC

Ftit tal-ħin ilu Birkirkara FC ħabbru li John Arne Riise irriżenja mill-kariga li kellu bħal direttur sportiv b’effett immedjat minħabba raġunijiet personali.

Il-Club karkariż irringrazzja lin-Norveġiż għax-xogħol tiegħu mal-Club filwaqt li awguralu għal- futur.

Mark Buttigieg mistenni jkompli jmexxi lit-tim ghal kumplament tal-istagun.

Maltin kontra Brittaniċi f’Boxing Rock Stars nhar il-Ġimgħa li ġej

Avveniment ieħor ta’ Boxing fi tmiem din il-ġimgħa. Attivita’ bl-isem ta’ ‘Boxing Rock Stars’ li ħa tittella’ f’Ħal Farruġ nhar il-Ġimgħa.
Serata li ħa tinkludi sitt ġlidiet bejn boxers mix-xena lokali u selezzjoni ta’ boxers brittanniċi. Il-ġlieda prinċipali se tkun dik li fiha se jikkompeti il-boxer ta’ esperjenza Ludvic Muscat.

Il-boxers l-oħra lokali huma: Roberto Spiteri, Renald Tabone, Dylan Mula u Scott Dixon.

Avveniment li żgur se joffri spettaklu lil kull dilettant tal-boxing.

L-ewwel ġlieda tibda’ fit-8 ta’ filghaxija.

Conor McGregor jirtira mill-isport tal-Mixed Martial Arts

L-Istilla Irlandiża tal-UFC Conor McGregor ftit tal-ħin ilu ħabbar fuq Twitter li se jkun qed jirtira mill-isport tal-Arti Marzjali.

Aqra aktar

Ta’ Qali mibjugħ kollu! Ma fadalx biljetti għal Malta kontra Spanja

Kif kien mistenni l-stadium nazzjonali għada ser ikun mimli kollu għat-tieni logħba mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2020 bejn Malta u Spanja.  L-attendenza għada mistennija li tlaħħaq it-tmintax il-elf persuna għal din il-loghba li ħafna Maltin qed jagħtuha importanza kbira. It-tim Malti u dak Spanjol kisbu rebhiet identiċi ta’ 2 – 1 nhar is-Sibt li għadda fl-ewwel logħba tagħhom fi Grupp F.

It-tim nazzjonali Spanjol mistenni li jasal f’pajjizna kmieni llum wara nofsinhar bil-kowċ Spanjol Luis Enrique mistenni li jindirizza l-media fil-18.15.  It-tim nazzjonali Spanjol mistenni li jkollu sessjoni ta’ taħrig għall-ħabta ta’ 19.00 fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Luxol u Valletta jibdew is-serje ta’ konfronti diretti bejniethom

Luxol ingħaqdu ma’ Valletta bħala l-finalisti tan-Knock Out, meta fit-tieni semifinali Luxol faċilment għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor finali ta’ 9-0.
Wara biss erba’ minuti, twaqqa’ George Frendo fil-kaxxa u l-istess Frendo fetaħ l-iskor minn penalty. Sitt minuti wara Frendo rdoppja l-iskor b’xutt b’saħħtu minn mal-linja. Luxol komplew iżidu l-iskor permezz ta’ Zvezdan Vukovic, Chris Cardona, Aidan Micallef, doppjetta ta’ Maicon Silva Gaiewski u żewġ awtogowls ta’ Christian Wismayer u Paul Scerri.

Aqra aktar

Jingħata bidu għall-Kampjonat Kraft

Hekk kif nhar it-Tlieta li għaddew ingħata bidu għall-Kampjonat Krafft għall-Klassi Silver b’ħames heats fuq distanza ta’ 2140m, il-Ħadd wara nofsinhar saru ħames heats oħra sabiex saru magħrufa l-40 żiemel li kkwalifikaw għall-kwarti tal-finali li ser isiru l-Ħadd 7 t’April. It-tiġrijiet għal darb’oħra kienu kompetittivi ferm u spikkat il-kwalita taż-żwiemel b’medji li s-soltu narawhom jiġu rreġistrati fi klassijiet ogħla. L-għaxar heats tal-kampjonat Krafft intrebħu minn Ami Toon’s, Emotion Boshoeve, Laddy Laday, Vic For Ever, Wellington, Leap Day Credit u Hallas Judex fejn dawn kollha kienu qed jirreġistraw it-tieni rebħa staġonali kif ukoll Neptunus Face u Capac Boko li ħadu l-ewwel rebħa tas-sena u d-debba Violette du Mas li ħarġet rebbieħa għall-ewwel darba f’Malta.Aqra aktar

Send this to a friend