Sport | One News - Part 38

Notifiki

Rodney Gatt jikkwalifika għall-Kampjonat Dinji

Rodney Gatt, għalkemm ma kienx wieħed mill-favoriti, irnexxielu jikkwalifika għall-Kampjonat Dinji tas-Sewwieqa professjonali li se jsir fl-Isvezja s-sena d-dieħla.

Gatt kien qed jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew għas-Sewwieqa Professjonali u għalkemm il-polza ma tantx daħqitlu pero ura l-kapaċità tiegħu fejn fost l-għaxar tiġrijiet li saq fil-koros ta’ Bjerke n-Norveġja u Aby l-Isvezja irnexxielu anke joħroġ rebbieħ f’tiġrija.Aqra aktar

Midalji tad-deheb u tal-bronż għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa u tal-irġiel fil-basketball

It-tim nazzjonali Malti tal-basketball tal-irġiel ħarġu rebbieħa taċ-Championships tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej dan wara li huma kisbu rebħa ta’ 75-59 fil-logħba finali kontra t-tim nazzjonali Norveġiż.

Għat-tim Malti spikka n-Naxxari Samuel Deguara li kien l-awtur ta’ 24 punt fejn segwa warah iż-żagħżugħ Tevin Falzon li għamel 16-il punt.

Aqra aktar

Alessandro Barbero jmexxi kamp ta’ taħriġ tal-BMX f’Malta

Il-BMX Pro Rider Taljan, Alessandro Barbero mexxa Kamp ta’ Taħriġ interessanti bejn it-22 u l-24 ta’ Ġunju li għaddew. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-BMX ospitat dan l-ewwel kamp ta’ taħriġ tal-BMX għal 10 sewwieqa promettenti, li kollha kienu mħarrġa minn Barbero fi tmiem dik il-ġimgħa. Alessandro flimkien mal-kowċ lokali Karl Naja speċifikaw fuq l-aspetti importanti kollha tal-BMX u taw pariri siewja biex is-sewwieqa jtejbu l-livell tagħhom.
Aqra aktar

Żwiemel: Kampjonat Ewropew għas-Sewwieqa Professjonali f’nofs il-ġimgħa

Il-Kampjonat Ewropew għall-Ġerrejja Professjonali se jsir fil-koros ta’ Bjerke in-Norveġja u Aby l-Isvezja nhar l-Erbgħa 27 u l-Ħamis 28 ta’ Ġunju.

Ir-rappreżentant Malti huwa s-sewwieq Rodney Gatt li għalih ser tkun l-ewwel esperjenza f’dan il-Kampjonat li fih ser ikun qed jikkompeti ma’ ħdax fost l-aqwa sewwieqa fl-Ewropa li jinkludu r-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni Mika Forss u li s-sena l-oħra spiċċa t-tieni fil-Kampjonat tad-Dinja.Aqra aktar

Send this to a friend