Sport – Page 36 – One News

Notifiki

Ġimgħa ddedikata lill-isport

Il-European Week of Sport hija inizjattiva tal-Kummisjoni Ewropeja sabiex tippromwovi l-isport u l-attivita fiżika fil-pajjiżi Ewropej. SportMalta hija l-entita nazzjonali li qed tikkoordina din l-attivita f’Malta li ser issir f’Settembru għar-raba’ sena konsekuttiva.

Aqra aktar

L-Isla jirbħu r-Regatta U18

L-Isla rebhu l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta U18 li saret nhar is-sibt 21 ta’ Lulju fil-bajja tar-Rinella. Kienu zewg klabbs biss li hadu fir-Regatta ta’ din is-sena hekk kif jidher li bosta klabbs bhalissa qed ihabbtu wicchom ma’ nuqqas ta’ qaddiefa żgħażagħ.

Aqra aktar

Nilsson rilaxxat minn Tarxien Rainbows

L-attakant Svediż Alex Nilsson ġie rilaxxat minn Tarxien Rainbows. Dan wara li intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet biex tiġi fit-tmiema l-avventura ta’ bejniethom.

Nilsson qatta l-ewwel parti tal-istaġun li għadda jilgħab ma’ Birkirkara FC b’self mingħand Tarxien qabel ma ngħaqad ma’ Hamrun Spartans fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Aqra aktar

Tintemm l-avventura ewropea ta’ Gżira United

Wara t-telfa ta’ 4 – 0 l-ġimgħa li għaddiet, ilbierah Gżira United ġew megħluba 1 – 0 minn Radnicki Nis tas-Serbja biex b’hekk ġew eliminati mill-ewwel rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.

Kienet logħba diffiċli mill-bidu wara r-riżultat kiefer ta’ 4 – 0 fl-ewwel leg.  L-uniku gowl tal-logħba ġie skurjat wara 8 minuti minn Radovan Pankov.

Aqra aktar

Balzan FC jitilfu iżda jikkwalfikaw għat-tieni rawnd tal-Ewropa League

Ghal ewwel darba fl-storja tal-klabb, Balzan FC ikkwalifikaw għat-tieni rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League meta lbierah fl-Azerbaijan ġew megħluba 2 – 1 minn Kesla FK biex b’hekk għaddew b’aggregate ta’ 5 – 3 wara r-rebħa f’pajjiżna ta’ 4 – 1 tal-ġimgħa li għaddiet.

L-avversarji kienu fil-vantaġġ kmieni wara penalty skurjat minn Cezar Mezza Colli fil-11 il-minuta.  Minuta fil-ħin miżjud, Kesla FC għamluhom tnejn grazzi għal Slavik Alhasov, gowl li kompla jqawwi qalb il-plejers Ażeri.

Aqra aktar

Midfielder mis-Slovenja jiffirma ma’ Floriana FC

Floriana FC ħabbru l-akkwist tal-midfielder Sloven Ivica Guberac.  Guberac għandu 31 sena b’esperjenza fost l-oħrajn ma’ Cagliari FC fl-Italja u Aris Limassol f’Cipru.

Il-pożizzjoni preferita tal-plejer hija dik ta’ midfielder irtitrat għalkemm ġieli lagħab ukoll fil-pożizzjoni ta’ difernsur laterali.

Guberac huwa l-ħames akkwist s’issa tal-president ta’ Floriana Ricardo Gaucci.

Aqra aktar

Roderick Briffa mistenni jikser rekord ġdid

Il-midfielder Malti Roderick Briffa mistenni li jsir l-aktar plejer Malti li qatt lagħab f’kompetizzjonijiet Ewropej hekk kif kif illejla Gżira United jilgħabu t-tieni leg tal-ewwel rawnd tal-UEFA Ewropa League kontra Radnicki Nis tas-Serbja. Briffa lagħab għal 27 darba f’kompetizzjoni Ewropea ma’ Valletta FC, 10 darbiet ma’ Birkirkara FC u 4 darbiet ma’ Gżira United, li tinkludi l-logħba tal-lejla. B’kollox jkun lagħab għal xejn anqas minn 41 darba f’kompetizzjonijet Ewropej.Aqra aktar

Send this to a friend