Sport | One News - Part 32

Notifiki

Finali MRTL Kampjonat tas-Sajf

Nhar il-Ħadd li ġej filgħaxija jiġi fi tmiemu l-ewwel parti ta’ l-istaġun tat-tiġrijiet hekk kif isiru s-seba’ finali tal-Kampjonat tas-Sajf. Din is-sena dan il-Kampjonat qed jiġi sponsorjat mill-Marsa Race Track Limited (MRTL) li huwa konsorszju li qiegħed viċin ħafna li jilħaq ftehim mal-Gvern sabiex jieħu f’idu t-tmexxija tal-Korsa b’investiment li ħa jtejbu sostanzjalment il-faċilitajiet.

Aqra aktar

Klabbs mill-Premier juru interess f’Jan Tanti

One Sport jista’ jiżvela li l-attakant ta’ San Ġwann FC Jan Tanti qed jiġbed l-interess ta’ xejn anqas minn tlett klabbs ewlenin fil-Premier.  Tanti, li f’nofs l-istaġun li għadda kien ingħaqad ma’ Mosta FC, ħalla impressjoni tajba ħafna fl-għola diviżjoni tal-futbol Malti tant li sorsi viċin il-klabb ikkonfermaw magħna li xejn anqas minn tlett klabbs qed juru interess fl-akkwist tal-attakant ta’ 20 sena.

Nifhmu li l-plejer lest li jkompli bil-karriera tiegħu fil-Premier għalkemm id-destinazzjoni finali għad mhix magħrufa.

Tibda l-kampanja t’akkwisti għal Tarxien Rainbows

Matul din il-ġimgħa Tarxien Rainbows ser ikunu qed iħabbru l-akkwisti kollha li saru s’issa f’dan is-suq ta’ trasferimenti wara li nhar it-Tnejn ħabbru li l-goalkeeper Andrea Cassar ġedded l-kuntratt tiegħu mat-tim, fl-aħħar sigħat ir-Rainbows ħabbru l-akkwist ta’ żewġ difensuri ġodda.

Aqra aktar

Ġimgħa ddedikata lill-isport

Il-European Week of Sport hija inizjattiva tal-Kummisjoni Ewropeja sabiex tippromwovi l-isport u l-attivita fiżika fil-pajjiżi Ewropej. SportMalta hija l-entita nazzjonali li qed tikkoordina din l-attivita f’Malta li ser issir f’Settembru għar-raba’ sena konsekuttiva.

Aqra aktar

L-Isla jirbħu r-Regatta U18

L-Isla rebhu l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta U18 li saret nhar is-sibt 21 ta’ Lulju fil-bajja tar-Rinella. Kienu zewg klabbs biss li hadu fir-Regatta ta’ din is-sena hekk kif jidher li bosta klabbs bhalissa qed ihabbtu wicchom ma’ nuqqas ta’ qaddiefa żgħażagħ.

Aqra aktar

Nilsson rilaxxat minn Tarxien Rainbows

L-attakant Svediż Alex Nilsson ġie rilaxxat minn Tarxien Rainbows. Dan wara li intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet biex tiġi fit-tmiema l-avventura ta’ bejniethom.

Nilsson qatta l-ewwel parti tal-istaġun li għadda jilgħab ma’ Birkirkara FC b’self mingħand Tarxien qabel ma ngħaqad ma’ Hamrun Spartans fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Aqra aktar

Send this to a friend