Sport – Page 31 – One News

Notifiki

Tlett akkwisti għal Qormi lejliet il-bidu tal-Kampjonat Premier

Qormi FC komplew isaħħu l-iskwadra bit-tlett plejers oħra qabel nhar il-Ġimgha jibdew l-impenji tagħhom fil-Kampjonat Premier.

Fl-aħħar sigħat Qormi waslu fi ftehim sabiex il-gowler Jamie Azzopardi, li fl-istaġun li għadda kien misluf lilhom minn Gżira United, jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma’ Qormi, kuntratt li jorbtu mal-Qriema għal tlett staġuni.

Apparti Azzopardi, it-tim immexxi minn Brian Spiteri iffirmaw ukoll lil gowler ta’ Balzan FC Dorian Bugeja b’self għal staġun filwaqt li l-midfielder Michael Camilleri ukoll ingħaqad għal darba oħra ma’ Qormi b’self għal staġun din id-darba mingħand Birkirkara FC.

Nhar il-Ġimgha, Qormi FC jaffaċjaw lil Senglea Athletic, logħba li tibda fis-18.30 fil-Victor Tedesco Stadium.

Patrick Wleh se jsir plejer ta’ Floriana FC

One Sport jista’ jiżvela li fil-ħin li ġej mistenni jasal Malta l-attakant mil-Liberia Patrick Ronaldinho Wleh, biex jingħaqad ma’ Floriana FC.  Il-karriera ta’ dan il-plejer hija waħda interessanti ħafna fejn lagħab għaxar darbiet mat-tim Nazzjonali tal-Liberia, u anke lagħab mat-tim Nazzjonali tal-Malasja.Aqra aktar

Tottenham ma jistgħux jużaw l-istadium il-ġdid qabel l-aħħar t’Ottubru

L-istadium il-ġdid ta’ Tottenham Hotspur mhux ser ikun jista’ jintuża ghal loghob qabel tal-anqas l-aħħar t’Ottubru hekk kif is-sistema tas-sigurta mhux tajba bizzejjed sabiex l-istadium ikun certifikat li huwa tajjeb ghal loghob.  Dan thabbar mill-klabb minn Londra hekk kif il-loghba kontra Liverpool f’Settembru u dik kontra Cardiff City f’Ottubru ġew trasferit għal Wembley Stadium, l-istadium li fih lagħbu l-logħbiet home Tottenham f’dawn l-aħħar xhur.

Aqra aktar

Mosta FC jkomplu jsaħħu l-iskwadra

Hekk kif nhar is-sibt jilagħbu l-ewwel logħba tal-Kampjonat kontra St. Andrews, Mosta FC komplew jsaħħu l-iskwadra b’aktar akkwisti.  Ftit tal-ħin ilu Mosta ħabbru li akkwistaw lill-attakant Braziljan ta’ 21 sena Renan Abner Do Carmo De Oliveira.  Għal Oliveira din ser tkun it-tieni esperjenza tiegħu fl-Ewropa wara li diġà kellu esperjenza mat-tim Slovak ta’ Zlate Moravce.

Aqra aktar

Rudolph Agius jikkwalifika għall-kampjonat mondjali tal-Ironman

Rudolph Agius irnexxielu jikkwalifika għall-Kampjonat tad-Dinja tal-Ironman  se jsir fit-13 ta’Ottubru f’Kailua-Kona fil-Hawaii. Meqjusa bħala l-aktar avveniment importanti fit-triathlon, Agius se jkun it-tieni atleta tal-klabb Karkariz li se jkun qed jikkompeti f’din like-kompetizzjoni ta’ prestiġju.

Aqra aktar

Valletta Cup: Kompetizzjoni tat-Table Football għat-timijiet Beltin

Il-ġimgħa l-oħra ġiet imnedija l-kompetizzjoni Valletta Cup li ser tkun kompetizzjoni oħra regolari għat-Table Football.  Din il-kompetizzjoni ġiet ġentilment sponsorjata mill-kunsillier tal-Belt Valletta Ray Azzopardi.  Din il-kompetizzjoni ser tkun kompetizzjoni individwali bejn il-plejers ta’ żewġ klabbs beltin.

Aqra aktar

Send this to a friend