Sport – Page 30 – One News

Notifiki

Ivan Vella appuntat direttur tat-timijiet nazzjonali

L-Assoċjazzjoni tal-futbol Malti ħabbret li Ivan Vella ġie appuntat direttur tat-timijiet nazzjonali.

Vella kien manager sa ftit żmien ilu, u issa fl-irwol il-ġdid se jkun qed jieħu ħsieb l-aspett loġistiku u operattiv tas-selezzjonijiet nazzjonali f’kull livell.

Aqra aktar

Ottimizmu kbir fit-tim ta’ Gżira United

Gżira Utd qed iħarsu b’ottimizmu lejn l-istaġun il-ġdid u filwaqt li saħħew l-iskwadra mexjin fuq pjan sabiex il-klabb isir wieħed mija fil-mija professjonali. Dan intqal illum waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-klabb gżirjan fejn matulha ġew ippreżentati l-akkwisti l-ġodda.

Aqra aktar

Ċikliżmu: William Hili Champion; it-tieni titlu għal Marie Claire Aquilina

Il-kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu ġie riċentament fi tmiemu fejn William Hili ta’ Mosta AF Sign Studio CC ikun inkurunat champion b’total ta’ 575 punt miksuba minn rebħiet fl-Mtarfa u fil-Miżieb, filwaqt li spiċċa t-tieni fl-Mrieħel. Alexander Pettett ta’ Pro Action – CT Volata spiċċa t-tieni b’510 punt, mentri l-ex-champion Etienne Bonello tat-Team Greens spiċċa t-tielet b’455 punt.

Marie Claire Aquilina tat-Team Greens, ikkonfermat il-forma tajba tagħha meta spiċċat bħala champion tan-Nisa b’massimu ta’ 600 punt. Aquilina rebħet it-tliet tiġrijiet kollha li saru dan l-istaġun fejn ikkonfermat id-dominanza tagħha wara li iktar qabel kienet spiċċat ukoll champion tar-Road. Michelle Vella Wood (Team Greens) spiċċat fit-tieni post b’505 punt, filwaqt li Marion Pullicino, ta’ Mosta AF Sign Studio, li ħa t-tielet post b’455 punt.

Isaac Spiteri ta’ The Cyclist rebaħ il-Kampjonat tal-Junior meta rebaħ it-tliet tiġrijiet tiegħu. Spiteri kiseb ukoll double wara li ġimgħat ilu kien spiċċa wkoll champion tar-Road. It-tieni spiċċa Gianluca Camilleri ta’ Birkirkara St. Joseph SC b’525 punt filwaqt li t-tielet spiċċa Nicholas Vella ta’ Agones SFC b’157 punt.Aqra aktar

Żewġ plejers ġodda ma’ Senglea Athletic

Din il-paġna tinsab infurmata lil Senglea Athletic akkwistaw żewġ plejers b’self fit-tentattiv li jkomplu jibnu fuq it-tragward milħuq fl-istaġun li għadda. It-tim mill-Isla ffirmaw lil Kieran Xuereb kif ukoll lil Brandon Muscat mingħand Hibernians FC u Birkirkara FC rispettivament. Aqra aktar

Tlett akkwisti għal Qormi lejliet il-bidu tal-Kampjonat Premier

Qormi FC komplew isaħħu l-iskwadra bit-tlett plejers oħra qabel nhar il-Ġimgha jibdew l-impenji tagħhom fil-Kampjonat Premier.

Fl-aħħar sigħat Qormi waslu fi ftehim sabiex il-gowler Jamie Azzopardi, li fl-istaġun li għadda kien misluf lilhom minn Gżira United, jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma’ Qormi, kuntratt li jorbtu mal-Qriema għal tlett staġuni.

Apparti Azzopardi, it-tim immexxi minn Brian Spiteri iffirmaw ukoll lil gowler ta’ Balzan FC Dorian Bugeja b’self għal staġun filwaqt li l-midfielder Michael Camilleri ukoll ingħaqad għal darba oħra ma’ Qormi b’self għal staġun din id-darba mingħand Birkirkara FC.

Nhar il-Ġimgha, Qormi FC jaffaċjaw lil Senglea Athletic, logħba li tibda fis-18.30 fil-Victor Tedesco Stadium.

Patrick Wleh se jsir plejer ta’ Floriana FC

One Sport jista’ jiżvela li fil-ħin li ġej mistenni jasal Malta l-attakant mil-Liberia Patrick Ronaldinho Wleh, biex jingħaqad ma’ Floriana FC.  Il-karriera ta’ dan il-plejer hija waħda interessanti ħafna fejn lagħab għaxar darbiet mat-tim Nazzjonali tal-Liberia, u anke lagħab mat-tim Nazzjonali tal-Malasja.Aqra aktar

Tottenham ma jistgħux jużaw l-istadium il-ġdid qabel l-aħħar t’Ottubru

L-istadium il-ġdid ta’ Tottenham Hotspur mhux ser ikun jista’ jintuża ghal loghob qabel tal-anqas l-aħħar t’Ottubru hekk kif is-sistema tas-sigurta mhux tajba bizzejjed sabiex l-istadium ikun certifikat li huwa tajjeb ghal loghob.  Dan thabbar mill-klabb minn Londra hekk kif il-loghba kontra Liverpool f’Settembru u dik kontra Cardiff City f’Ottubru ġew trasferit għal Wembley Stadium, l-istadium li fih lagħbu l-logħbiet home Tottenham f’dawn l-aħħar xhur.

Aqra aktar

Send this to a friend