Sport – Page 3 – One News

Notifiki

Organizzat il-kwart ta’ mil ta’ bil-lejl

Bejn il-Ħamis 11 u is-Sibt 13 ta’ Lulju, ġewwa it-trakka tal-kwart ta’ mil ġie organizzat it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing. Dan ir-rawnd ġie organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija Għad-Drag Racing. Bħalma jiġri kull sena dan ir-rawnd jkun differenti mill-4 l-oħra peress illi isir matul il-lejl hu b’hekk huwa magħruf mad-dilettanti bħala il-kwart ta mil ta’ bil-lejl. Aqra aktar

Jintemm il-Kampjonat Nazzjonali taċ-ċikliżmu Road Race 2019

Il-Kampjonat Nazzjonali Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija għadu kif intemm fejn il-Malti/Awstraljan Alexander Smyth (Team MAAP Basso CC) ġie ddikjarat għall-ewwel darba bħala ċ-Champion Nazzjonali l-ġdid. Huwa kiseb total ta’ 530 punti, miksuba minn żewġ rebħiet fit-tiġrijiet ta’ San Martin u Ta’ Pinellu u s-sitt post f’Tal-Maqluba. Fit-tieni post b’total ta’ 455 punt, ikklassifika l-validu veteran Etienne Bonello tat-Team Greens CC, filwaqt li fit-tielet pożizzjoni ġie kklassifikat iċ-champion tas-sena l-oħra, Christian Formosa ta’ The Cyclist CC b’435 punt.Aqra aktar

‘Elusive 2’ bl-akbar ammont ta’ premijiet fit-tellieqa Messina – Sirakuża – Malta

L-eqdem tellieqa fil-kalendarju tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club, it-tellieqa Malta-Sirakuża, iċċelebrat id-59 edizzjoni f’Lulju. It-tellieqa, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa) hija popolari ħafna, u ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna ekwipaġġi Taljani, li jibqgħu jirritornaw sena wara sena.Aqra aktar

Il-Coppa Italia mirbuħa minn Lazio f’Malta

Lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar jiġifieri nhar it-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta ser jorganizzaw attivita’ interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. Fil-fatt il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser tkun qiegħda għal wiri fir-ristorant Sciantusi li jinsab f’Tas-Sliema.

Aqra aktar

Send this to a friend