Sport – Page 29 – One News

Notifiki

Valletta FC Futsal iħallu pajjiżna dalgħodu

Dalgħodu ċ-Champions Maltin tal-Futsal Valletta bdew bl-avventura tagħhom fir-Round Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League hekk kif ħallew pajjiżna bid-destinazzjoni tkun l- Maċedonja.

Valletta ser jkun qed jilgħabu fil-grupp maċ-Champions tal-Estonja, tal-Irlanda u dawk tal-Maċedonja.

Apparti nukleju ta’ Maltin t’esperjenza u oħrajn żgħażagħ, l-iskwadra Beltija tinkludi tmien players barranin, tlieta mill-Ġorġja, Taljan, Spanjol, Kolumbjan, Serb u Libjan.Aqra aktar

Vettel jirbaħ l-GP tal-Belġju

Ilbieraħ tard wara nofsinhar saret il-Gran Prix tal-Belġju fejn il-Ġrmaniż Sebastian Vettel tal-Ferrari rnexxielu jispiċċa fl-ewwel post biex kompla jnaqqas id-distakk bejnu u bejn il-leader tal-klassifika, il-Brittaniku Lewis Hamilton tal-Mercedes. Id-distakk bejn iż-żewġ sewwieqa issa niżel għal 17-il punt.Aqra aktar

It-tieni ġurnata ta’ logħob mis-Serie A

Fl-Italja lbieraħ filgħaxija ġiet fi tmiemha t-tieni ġurnata tas-Serie A fejn Spal u Udinese rreġistraw it-tieni rebħa staġjonali.

Bla dubju spikka d-draw ta’ 2 – 2 bejn Inter u Torino. Inter marru fil-vantaġġ wara biss 6 minuti logħba grazzi għal Ivan Perisic biex ftit wara in-nofsiegħa logħob Stefan De Vrij jaghmilhom 2 – 0. Inter dehru li ser ikomplu fuq l-istess ritmu fit-tieni 45 minuta iżda r-reazzjoni ta’ Torino kienet tajba biżżejjed biex mill-partita irnexxilhom jieħdu punt.Aqra aktar

Valletta Futsal jibdew bl-avventura fiċ-Champions League l-ġimgħa d-dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla ċ-Champions Maltin tal-Futsal Valletta jibdew bl-avventura tagħhom fil-Maċedonja fir-Round Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League fi grupp li jinkludi ukoll liċ-Champions tal-Estonia, tal-Irlanda u dawk tal-Maċedonja. F’konferenza stampa qabel it-tluq tal-kontinġent lejn il-Maċedonja nhar it-Tnejn, il-kowċ ta’ Valletta FC Futsal Xavier Saliba, akkumpanjat mill-assistant tiegħu Josef Borg, qal li t-team ilu diversi ġimgħat jipprepara għal din l-esperjenza.

Il-bidu ma kienx faċli bi players barranin ġodda sakemm jambjentaw ruħhom f’Malta, iżda llum jemmen li l-iskwadra hija kompettitiva biżżejjed u li kapaċi taqta’ figura tajba f’dan l-impenn triplu lil hinn minn xtutna. Apparti nukleju ta’ Maltin t’esperjenza u oħrajn żgħażagħ, l-iskwadra Beltija tinkludi tmien players barranin, tlieta mill-Ġorġja, Taljan, Spanjol, Kolumbjan, Serb u Libjan.Aqra aktar

Il-Klabb ta’ San Ġiljan ASC jwieġeb

Il-Klabb ta’ San Giljan ASC wieġeb għal stqarrija konġunta maħruga minn-Exiles, Sliema, Neptunes u Sirens rispettivament.

Id-decizzjoni tal-Kummissarju tad-Dixxiplina hija dik li hi, u bħala klabb, San Ġiljan ASC irrispetta d-deċiżjoni tal- Kummissarju tad-Dixxiplina.

Fi stqarrija ntqal kif dawn il-klabbs qedg jitfgħu pressjoni fuq ir-referees għal-loghob li għad irid jiġi milgħub, u jikkundizzjonaw lil player u lil-klabb fl-aktar parti kruċjali ta’ dan l-istaġun.

L-istqarrija temmet tgħid li din l-pressjoni ma tista’ twassal għal ebda tibdil fid-deċiżjoni u għalhekk l-unika skop li jifdal huwa li ssir pressjoni fuq l-uffiċjali tal-logħba għall-aktar parti taħraq tal-kampjonat.

Kurt Cassar għall-kampjonat taljan A2 tal-Basketball

Il-plejer żagħżugħ Malti Kurt Cassar se jkun qed ikompli bil-karriera tiegħu fl-Italja hekk kif ingħaqad mal-klabb tal-kampjonat tas-Serie A2 Bakery Piacenza.

Cassar, li għad għandu 19-il sena, ilu għal dawn l-aħħar snin jilgħab fl-Italja l-ewwel fil-kampjonat tas-Serie C u f’dawn l-aħħar żewġ staġuni fil-kampjonat ats-Serie B. Issa se jkun qed jilgħab għall-ewwel darba fil-kampjonat A2.Aqra aktar

Id-difensur Steven Bonnici jingħaqad ma’ Mosta FC

Id-difensur Steven Bonnici ilbieraħ iffirma kuntratt ta’ sena ma’ Mosta FC.  Bonnici, li għandu 29 sena, lagħab ma’ bosta timijiet fil-Kampjonat Premier fosthom Melita FC, Floriana FC, Ħamrun Spartans FC, Tarxien Rainbows FC, Birkirkara FC, u fl-istaġun li għadda ma’ Senglea Athletic FC.Aqra aktar

Send this to a friend