Sport | One News - Part 28

Notifiki

Valletta Cup: Kompetizzjoni tat-Table Football għat-timijiet Beltin

Il-ġimgħa l-oħra ġiet imnedija l-kompetizzjoni Valletta Cup li ser tkun kompetizzjoni oħra regolari għat-Table Football.  Din il-kompetizzjoni ġiet ġentilment sponsorjata mill-kunsillier tal-Belt Valletta Ray Azzopardi.  Din il-kompetizzjoni ser tkun kompetizzjoni individwali bejn il-plejers ta’ żewġ klabbs beltin.

Aqra aktar

Rizultati tajbin f’Tournament tal-Weightlifting ELEIKO Email International

703 atleti minn madwar id-dinja inklużi ġganti fil-weightlifting bħall Awstralja, New Zealand, Nauru, Kiribati, il-Finlandja, Kanada, L-Afrika t’isfel kif ukoll Malta fost oħrajn ħadu sehem fit-Tournament Internazzjonali tal-Weightlifting ELEIKO Email International fejn Yasmin Zammit Stevens spiċċat fl-ewwel post fil-kategorija ta 69 kilo minn total ta’ 51 atleta fil-grupp tagħha.

Aqra aktar

Enzo Ruiz mill-ġdid ma’ Floriana FC

Id-difensur Argentin Enzo Ruiz ser jerġa’ jilbes il-flokk ta’ Floriana matul l-istaġun li ġej. Ruiz li kien spiċċalu l-kuntratt mal-greens f’Ġunju li għadda mistenni li jkompli bl-avventura tiegħu mat-tim għal minn tal-anqas staġun ieħorAqra aktar

San Gwann FC jorganizzaw edizzjoni oħra tas-Summer Cup

Bejn l-10 t’Awwissu u l-1 ta’ Settembru San Gwann FC ser ikunu qed jorganizzaw edizzjoni oħra ta’ The Convenience Shop Summer Cup fejn fiha ser jipparteċipaw ħames timijiet mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni li huma Żebbug Rangers FC, Mqabba FC, Lija Athletic FC u Zejtun Corinthians FC flimkien mal-orginzatturi San Gwann FC.

Aqra aktar

Christian Formosa u Marie Claire Aquilina Champions fil-Kampjonat Nazzjonali taċ-Ċikliżmu

Ftit tal-jiem ilu għadu kif intemm il-Kampjonat Nazzjonali tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn Christian Formosa ta’ The Cyclist iddefenda b’success it-titlu ta’ Champion Nazzjonali li huwa kien akkwista ghall-ewwel darba s-sena l-ohra. Huwa tella total ta’ 510 punt, miksuba minn rebħa f’San Pawl u u t-tielet post f’San Martin u Tal-Maqluba. Fit-tieni post b’total ta’ 495 punt, ikklassifika ghal darb’ohra ħuħ, Maurice Formosa, membru tal-istess klubb ta’ The Cyclist CC b’495 punt. Fit-tielet post spiċċa Alexander Pettett ta’ Pro Action – Volata CT b’total ta’ 470 punt.Aqra aktar

Send this to a friend