Sport – Page 26 – One News

Notifiki

Silvio Vella jagħżel l-iskwadra finali għal għada

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella ħabbar l-skwadra finali għal logħba ta’ ħbiberija li t-tim Malti għandu għada kontra l-Ġeorġja.

Din il-logħba ser tkompli sservi ta’ preparazzjoni għal logħbiet li ser jintlagħbu f’pajjiżna f’Ottubru minn Grupp 6 tal-Kampjonati Ewropej kontra l-Ungerija u Ċipru rispettivament.Aqra aktar

Neptunes ċampjins tal-Kampjonat tal-Waterpolo

Neptunes Leo Vegas huma ċ-ċampjins l-ġodda tal-kampjonat lokali tal-waterpolo meta ilbierah fil-pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq rebħu t-tielet u l-aħħar finali tal-play-off kontra San Ġiljan TUM Invest 7 – 6.

Neptunes kienu mingħajr il-kowċ Jovan Popovic li kien sospiż filwaqt li għal San Ġiljan lagħab b’mod regolari Matthew Zammit wara li rebaħ l-appell kontra s-sospenzjoni li kellu.

Aqra aktar

Illejla Malta tilgħab it-tieni logħba fin-Nations Cup

It-tim nazzjonali Malti illejla jilgħab it-tieni logħba minn Grupp D3 tan-Nations Cup meta fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali jilgħab kontra l-Azerbaijan.  Malta tilfet fl-ewwel logħba 3 – 1 away kontra l-Faroe Islands filwaqt li l-Azerbaijan spiċċaw l-ewwel logħba f’parita ta’ mingħajr goals kontra l-Kosovo.Aqra aktar

Organizzat b’suċċess il-Kampjonat Nazzjonali tal-Powerlifting

Ilbierah ġie organizzat il-Kampjonat Nazzjonali tal-Powerlifting fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. 11-il atleta minn 25 atleta kienu qegħdin jikkompetu f’dan l-isport għall-ewwel darba. L-aħjar atleta nazzjonali fil-kategorija tan-nisa kienet Maria Debono fejn irreġistrat squat ta’ 102.5kg, 62.5kg fil-benchpress u 137.5kg fid-deadlift. Wara Debono kien hemm Tamasin Mallia u Maria Qvarnstörm fejn ikkompetew fil-kategorija tat-63kg u t-53kg rispettivament. B’kollox ikkompetew 6 nisa f’dan l-isport, fejn Sonia Brahmi u Annette Micallef Arnaud ikkompetu għall-ewwel darba, waqt li Rachel Ann Said tejbet postha fir-rankings nazzjonali billi kisbet 207 punti.Aqra aktar

Jonathan Caruana mistenni li jirritorna jilgħab dalwaqt

Wara li bħal dan iż-żmien sena ilu, id-difensur intenazzjonali Malti Jonathan Caruana ġie sospiż erba’ snin minn-NADO (National Anti-Doping Organisation) hekk kif instab pożittiv li għamel użu minn sustanzi projbiti fl-sport, jidher li d-difensur ta’ Valletta FC mistenni jirritorna fil-ġimgħat li ġejjin wara sena sospenzjoni.Aqra aktar

Tibda l-ġimgħa Ewropeag ħall-Isport

Ilbierah fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq ġie fi tmiemu l-programm imniedi minn SportMalta Summer On The Move filwaqt li infetħet uffiċjalment il-Ġimgħa Ewropeja ddedikata lill-Isport organiżżata minn SportMalta bil-kollaborazzjoni ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport.Aqra aktar

Send this to a friend