Sport – Page 25 – One News

Notifiki

Ikompli l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel wara l-waqfa tas-Sajf

L-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel kompla wara l-waqfa tas-Sajf b’żewġ programmi ta’ 8 tiġrijiet kull wieħed li saru nhar il-Ġimgħa filgħaxija u l-Ħadd wara nofsinhar. 23 żiemel għamlu d-debutt tagħhom, uħud minnhom b’rebħiet. Is-sewwieq Rodney Gatt kompla bl-istess ritmu ta’ qabel il-waqfa tas-Sajf u rnexxielu joħroġ rebbieh f’ħames tiġrijiet.Aqra aktar

Valletta FC u investituri minn Dubai viċin li jilħqu ftehim

Waqt l-edizzjoni tal-programm ‘L-Argument Ikompli’, it-tim manager ta’ Valletta FC Gerard Ellul ikkonferma li Valletta u investituri minn Dubai jinsabu viċin li jiffinnalizzaw t-trattattivi li ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur.  Din l-aħbar hija waħda pożittiva ħafna għaliex dawn l-investituri bla dubju se jagħtu saħħa finanzjarja ġdida lit-tim ta’ Valletta u awtomitakment fil-futbol Malti. Aqra aktar

Valletta FC Futsal rebbieħa tas-Super Cup tal-Futsal

Tkompli l-mixja pożittiva ta’ Valletta FC Futsal li ddominaw u rebħu bla tbatija, il-finali tas-Super Cup kontra t-tim tal-Università ta’ Malta. Il-Beltin li kellhom vantaġġ ta’ 9-0 qabel tmiem l-ewwel taqsima ħarġu rebbieħa bl-iskor finali ta’ 13-1.

Il-Beltin mill-ewwel ikkontrollaw il-partita u bdew idawru l-ballun faċilment. Min-naħa l-oħra l-Universitarji dehru għall-ħinijiet twal statiċi u ftit li xejn setgħu jwettqu reazzjoni.Aqra aktar

“Aqbad, ippakkja, u iġri wara l-ħolma tiegħek!”

Matul l-aħħar jiem, hekk kif l-impenji tat-timijiet Nazzjonali Maltin kienu fl-aqwa tagħhom, One Sport tkellem ma’ Kyle Mifud, żagħżugħ ta’ 18 il-sena li ilu għal dawn l-aħħar sentejn jilgħab u jistudja l-Ingilterra wara li rebaħ scholarship grazzi għall- Ministeru tal-Edukazzjoni.

Mifsud, li huwa prodott tan-nursery ta’ Birkirkara FC kif ukoll plejer regolari fit-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-19 il-sena, irrakonta magħna l-avventura tiegħu fl-Ingilterra kif ukoll l-pjanijiet li għandu għall-futur.Aqra aktar

Jonathan Caruana lura fl-skwadra ta’ Valletta FC

One Sport jista’ jikkonferma l-aħbar li żvela l-ġimgħa li għaddiet dwar ir-ritorn tad-difensur internazzjonali Malti Jonathan Caruana.  Caruana kien ġie sospiż għal erba’ snin min-NADO (National Anti-Doping Organisation) wara li instab ħati li għamel użu minn sustanzja projbita, deċiżjoni li d-difensur ta’ Valletta appella minnha, liema appell intlaqa’ mill-CAS (Court of Arbitration for Sport).Aqra aktar

Suċċess għal atleti Għawdxin fi Spoleto

Grupp ta’ atleti Għawdxin membri tal-Athletix Ac Gozo ħadu sehem b’suċċess kbir fi Spoleto Urban crossing 20km. Din il-parteċipazzjoni kienet possibli wara stedina li saret lil Klubb Għawdxi minn Joe Bajada li kien il-leader tal-grupp kollu li mar fir-reġjun tal-Umbria bħala parti mill-Programm Erasmus + ‘SportGiveChance’ li applikaw għalih mal-Unjoni Europea l-Municipalita ta’ Spoleto. F’dan il-programm saru attivitajiet tal-atletika, kif ukoll ċikliżmu fejn mal-grupp issieħbu wkoll ħdax il-ċiklista Malti li ħadu sehem f’diversi tiġrijiet kemm tar-Road, kif ukoll tal-Mountian Bike.
Aqra aktar

Send this to a friend