Sport | One News - Part 2

Notifiki

Futsal: Pietà, Luxol, Valletta u Birkirkara għamluha għas-semifinali

Mill-Kwart tal-Finali tal-kompetizzjoni Knock Out, Pietà Hotspurs, Luxol, Valletta u Birkirkara qatgħu l-passaġġ għas-semifinali.

L-iktar waħda faċli kienet għal Valletta li rebħu bl-iskor ta’ 17-0 kontra t-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Luxol. Xalata ta’ gowls b’tripletti għal Gia Nikvashvili u Rafael Rodriguez, doppjetti għal Denis Di Maio, Andre Ciancio, Dylan Musu u Clint Farrugia, flimkien mal-gowls ta’ Melvin Borg, Shawn Vella u Camilo Andrez Vanegas Gomes.Aqra aktar

Ut de Dompierre jirbaħ il-finali tal-150 anniversarju mit-twaqqif tal-MRC

Il-Ħadd wara nofsinhar sar programm ta’ 12 il-tiġrija liema tiġrijiet kienu posposti mill-ġimgħa ta’ qabel minħabba l-maltemp.  L-aktar tiġrija mistennija kienet il-finali sabiex jiġi ċċelebrat il-150 anniversarju mit-twaqqif tal-Malta Racing Club. Kienu 9 iż-żwiemel li finalment iddisputew din il-finali fejn fiha ħareġ rebbieħ Ut de Dompierre misjuq minn Michael Ellul. Din kienet is-7 rebħa tiegħu f’Malta minn 12 il-tiġrija hekk kif is-sena l-oħra kien rebaħ ukoll żewġ finali l-Prix de Vincennes u l-Kampjonat tas-Sajf. 

Fil-finali tal-Ħadd irnexxielu wkoll jikser ir-rekord lokali fuq distanza ta’ 2140m hekk kif irreġistra medja ta’ 1’13”3. Wara li spiċċat it-tiġrija saret il-preżentazzjoni tat-trofej mis-Sinjura Denise Bonello f’isem l-isponsors tat-tiġrija Nespresso.Aqra aktar

Boxing – Real Steel nhar is-Sibt li ġej

F’lukanda ewlenija f’San Ġiljan nhar is-Sibt li ġej se ssir attivita’ ta’ boxing bl-isem REAL STEELE.  Matulha se jsiru 11-il glieda boxing: ħamsa minnhom professjonali , ħamsa semi professjonali u waħda amateur.
Tlieta mill-ġlidiet professjonali huma sanzjonati mill-Universal Boxing Organisation, filwaqt li l-ġlidiet l-oħra mill-Assocjazzjoni Maltija tal-Boxing.

Aqra aktar

Riżultat tajjeb bejn iż-żewġ timijiet żgħażagħ fil-futsal

Fi tmiem din il-ġimgħa, fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke, mill-Ewwel Diviżjoni, iltaqgħu t-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Luxol kontra t-tim ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena ta’ Swieqi United. Minbarra l-logħba bilanċjata bejniethom, deher ċar l-impenn ta’ dawn iż-żewġ klabbs li jkompli jinvestu f’dan l-isport sa minn età żgħira.Aqra aktar

Send this to a friend