Sport | One News - Part 16

Notifiki

Nhar il-Ħadd jiftaħ l-istaġun Honda Motocross 2018/19

L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi nhar il-Ħadd 21 ta’ Ottubru ser tiftaħ l-istaġun tal-attivitajiet bil-karozzi u l-muturi 2018/2019. Matul dan l-istaġun ser naraw diversi attivitajiet mis-Sezzjonijiet Autocross, Demolition, Enduro, Motocross u Trials li b’kollox hemm ippjanat 39 attivita għal matul dawn id-disa’ xhur li ġejjin.Aqra aktar

Tasal l-ewwel rebħa għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena

Fis-Centenary Stadium tard ilbieraħ waranofsinhar it-tim nazzjonali Malti kiseb l-ewwel rebħa tiegħu fi Grupp 6 tal-Kampjonati Ewropej meta għeleb lill-Ungerija 2 – 1.

It-tim immexxi minn Silvio Vella marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta meta minn azzjoni ta’ free-kick ta’ Jurgen Degabrielle, Matthew Guillaumier bir-ras xehhet fix-xibka għal 1 – 0.Aqra aktar

It-tim Malti jitlef kontra l-Kosovo

Il-Ġimgħa t-tim Nazzjonali Malti lagħab it-tielet logħba tiegħu fi Grupp D3 tal-UEFA Nations League, logħba diffiċli mill-bidu sal-aħħar għal Malta għajr għal ftit mumenti żgħar, logħba li t-tim Malti tilef 3 – 1.Aqra aktar

Karting – Riżultati inkoraġġanti minn żewġ sewwieqa Maltin fl-Italja

Nhar il-Ħadd li ġej, fiċ-ċirkwit ta’ Val Vibrata, in-naħa ta fuq ta l-Italja, se jsiru il-finali Nazzjonali tar-Rotax Max Challenge. Żewġ sewwieqa Maltin, membri tal-Karting Club Malta, Nick Gauci u Jake Agius kienu eliġibli wara li Gauci u Agius ġew l-ewwel u t-tieni rispettivament fil-kampjonat Sqalli. Finali li kienet miftuha għal 18 il-kompetitur iżda inkitbu biss 11.Aqra aktar

Jibdew il-kampjonati wara l-waqfa tas-sajf

Il-Ħadd wara nofsinhar ingħata bidu għall-ewwel kampjonat wara l-waqfa tas-Sajf bil-heats tat-Tazza Johnnie Walker miftuħa għall-Klassi Gold fuq distanza ta’ 2140m. B’dead heat għar-raba’ post f’waħda mit-tiġrijiet kienu 29 iż-żwiemel li għamluha għas-semi finali.Aqra aktar

Send this to a friend