Sport | One News - Part 13

Notifiki

Jude Amin Utulu jitkeċċa minn referee

Ir-referee Jude Amin Utulu tkeċċa mill-assoċjazzjoni Maltija tal-futbol wara li nstab ħati li kiser ir-regoli tal-istess assoċjazzjoni.  Dan ifisser li Utulu ma jistax jkompli bil-karriera tiegħu ta’ referee f’Malta u Għawdex.

Aqra aktar

Riżultati inkorraġanti fl-Archery f’kompetizzjonijiet internazzjonali

Kontinġent mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Archery ħa sehem f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali bejn it-18 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru. It-tim intagħżel fil-bidu tas-sajf permezz ta’ training intensiv li serva ta’ preparazzjoni għal dawn il-kompetizzjonijiet. It-tim Malti ipparteċipa fi tlett kategoriji li huma Compound Men b’Daniel Schembri, Patrick Zammit u Ryan Zammit; Recurve Women b’Michelle Abela; Recurve Junior Men b’Jeremy Bartolo.  John Schembri kien il-Head Coach.

Aqra aktar

Pembroke Athleta aċċettati bħala membri fl-EAP Circuit

Il-Klabb ta’ Pembroke Athleta Athletics & Triathlon Club (P.A.A.T.) ħabbar li ġew aċċettati bħala Klabb Membru fil-European Athletics Promotion Circuit (EAP).

Din id-deċiżjoni ttieħdet waqt id-29 Kungress ta’ l-EAP li sar fi tmiem il-Ġimgħa, fi Franza.

Din id-deċiżjoni tiftaħ kapitlu ġdid fl-istorja ta’ dan il-Klabb ewlieni fil-kamp tal-atletika lokali, u hija parti mill-implimentazzjoni tal-Programm għall-Iżvilupp Sportiv intenzjonat sabiex jgħolli l-livell tal-atleti tal-Klabb ta’ Pembroke. Dan il-programm jinkludi numru ta’ inizjattivi bħal identifikazzjoni ta’ talenti ġodda, ‘Training Camps’, ‘Coaching Clinics’, skema ta’ Sostenn għall-Athleti Elite tal-Klabb, kif ukoll il-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet ġodda sabiex l-atleti ta’ Pembroke jikkompetu f’meetings’ internazzjonali tal-atletika kemm barra mill-pajjiż kif ukoll f’Malta.Aqra aktar

ARA: Premjazzjoni Annwali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu

Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu organizzat l-Ikla Annwali tagħha bil-qofol tas-serata tkun il-Premjazzjoni liċ-ċiklisti kollha li kisbu xi suċċess matul dan l-istaġun li għadu kif intemm fid-diversi kategoriji. Kien ppremjat ukoll il-klubb ta’ Mosta AF Sign Studio CC bħala r-rebbieħ kemm tal-Elite Aggregate Cup, kif ukoll dik tal-Overall Aggregate Cup. Nagħtaw ukoll  tifkiriet ta’ apprezzament lil Joe Bajada, Segretarju Ġenerali, Etienne Bonello, Direttur Tekniku, kif ukoll liċ-ċiklista professjonali Taljan Valerio Agnoli li t-tlieta li huma kienu responsabbli b’kull mod fil-Kamp ta’ taħriġ li sar fi Fiuggi f’Lulju li għadda.

Aqra aktar

Send this to a friend