Sport | One News - Part 12

Notifiki

Żwiemel: Clint Vassallo f’tiġrija internazzjonali

Kmieni dalgħodu s-sewwieq Clint Vassallo telaq għall-Pariġi sabiex għada s-Sibt waranofsinhar jieħu sehem fl-10 edizzjoni tal-Prix de Rencontres Internationales du Trotteur Francais organiżżata mill-Le Trot fil-korsa ta’ Vincennes.

F’din it-tiġrija apparti Malta u Franza ser jieħdu sehem 13 il-pajjiż ieħor. Fuq distanza ta’ 2100m bi tluq bil-karozza iż-żwiemel parteċipanti qed jiġu rreklamati għal €22,000.Aqra aktar

Jitħabbru l-aħħar dettalji tat-Tazza tal-President

Aktar kmieni illum tħabbru l-aħħar dettalji tat-18 il-edizzjoni tat-Tazza tal-President li se ssir nhar is-Sibt 8 ta’ Diċembru. Dan it-tieni l-aqwa avveniment fil-kalendarju tat-tiġrijiet lokali bħal f’dawn l-aħħar snin ser ikun qed jaqa taħt il-Patronċinju ta’ l-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta u matulu jinġabru fondi b’riżq il-Malta Community Chest Fund Foundation.Aqra aktar

Mosta FC jaħtru lil Miller kowċ sal-aħħar tal-istaġun

Wara li l-ġimgħa li għaddiet keċċew lil Enrico Piccioni, Mosta FC ħabbru li waslu fi ftehim mal-kowċ Mark Miller sabiex imexxi lit-tim sa tmiem l-istaġun.  Mark Miller ċgur li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni għall-futbol Malti, wara li lagħab u mexxa diversi timijiet, fosthom għal żmien twil lit-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kif ukoll lil Hibernians FC. Miller kellu wkoll esperjenzi ma’ Qormi FC.

Aqra aktar

276 żiemel Franċiż inkitbu sabiex jiġru fil-kampjonat Le Trot

276 żiemel Franċiż inkitbu sabiex jiġru fis-26 tiġrija li jiffurmaw parti mill-kampjonat Le Trot għall-klassijiet Premier, Gold, Silver, Bronze u Copper li ngħata bidu għalih il-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd fil-Korsa tal-Marsa.  Fost dawn 27 debuttant fejn kulħadd issielet sabiex jipprova jakkwista wieħed mill-postijiet fis-semi finali f’tiġrijiet b’distanza ta’ 2640m.

F’temp li ma tantx kien favorevoli t-tliet programmi saru kif previst fejn l-aktar li spikkaw kienu l-erba’ tiġrijiet tal-klassi Premier li taw l-ewwel rebħiet f’Malta lid-debuttant Ultra de Vindecy u Amour du Loup it-tnejn ġejjin mill-istess stalla u t-tnejn misjuqa minn Michael Ellul kif ukoll lid-debuttant Utopiste misjuq minn Jesmar Gafa’. Minn naħa tiegħu Again Madrik irreġistra r-raba’ rebħa tiegħu misjuq minn Clint Vassallo.Aqra aktar

Ġest nobbli mil-Liverpool Supporters Club Malta

Hekk kif bħalissa ninsabu fil-waqfa għall-partiti tat-timijiet nazzjonali, il-membri tal-kumitat u grupp ta’ partitarji lokali mil-Liverpool Supporters Club Malta ingħaqdu flimkien u lbieraħ żaru ċ-ċentru tal-għoti tad-demm f’Gwardmangia fejn uħud minnhom taw id-demm.

Aqra aktar

Malta ssofri l-akbar telfa fil-UEFA Nations League

F’logħba oħra mill-UEFA Nations League, t-tim nazzjonali Malti sofra l-akbar telfa f’dawn il-kampjonati meta fl-istadium Nazzjonali l-Kosovo ħarġu rebbieħa 5 – 0.
Bla dubju l-Kosovo kienu l-aħjar tim fil-ground u rnexxilhom jmorru fil-vantaġġ mal-kwarta logħob meta Joseph Mbong dam jaħsibha, qassam lejn in-nofs, approfittaw mill-ewwel il-plejers mill-Kosovo b’Vedat Muriqi jixħet fix-xibka u jpoġġi lil Kosovo fil-vantaġġ.

Aqra aktar

Send this to a friend