Sport | One News - Part 11

Notifiki

Isiru l-ħames finali tal-Kampjonat Le Trot

Fi tmiem il-ġimgħa fil-korsa tal-Marsa saru total ta’ 25 tiġrija bl-aktar mistennija jkunu l-ħames finali mill-kampjonat Le Trot għal żwiemel Franċiżi fejn tlieta minnhom kienu wkoll fuq sistema PMU jiġifieri kienu trasmessi dirett fl-Ewropa u l-Istati Uniti.Aqra aktar

Futsal: Żewġ konfronti interessanti fil-quċċata

Il-Ġimgħa filgħaxija kellna żewġ konfronti interessanti li fihom kienu involuti t-tliet timijiet fil-quċċata li huma Luxol, Valletta u Swieqi United.

Fil-konfront dirett bejn il-ġirien Luxol St. Andrews u Swieqi United, Luxol ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1. Il-logħba intlagħbet fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport u wriet ċar il-bilanċ li jeżisti bejn dawn iż-żewġ timijiet. Għat-tim minn St. Andrews skurjaw Mark Zammit, Celino Alves u George Frendo, filwaqt li l-uniku gowl ta’ Swieqi United ġie skurjat minn Stefan Camilleri.

Fil-logħba l-oħra li ntlagħbet fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, it-tim tal-Istudenti tal-Università ta’ Malta kellu jbaxxi rasu għaċ-ċampjins Valletta li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 8-3. Il-gowls Beltin waslu minn tripletta ta’ Jovica Milijic u gowl kull wieħed għal Daniel Saliba, Dylan Musu, Camilo Andres Vangeas Gomes, Denis Di Maio u Mohamed Lamari. Għall-Universitarji kellna doppjetta ta’ Lee Grech u gowl ta’ Daniele De Gennaro.Aqra aktar

Euro 2020: Malta tibda l-impenji tagħha kontra l-Faroe Islands

Wara li lbieraħ waranofsinhar telgħu l-poloz tal-fażi ta’ kwalfikazzjoni tal-Euro 2020, tard ilbieraħ stess tħabbret l-ordni ta’ kif ser jintlagħabu l-logħbiet.

Malta, li ser tilgħab fi Grupp F, kontra Spanja, Svezja, Norveġja, Rumanija u Faroe Islands, ser tiftaħ l-impenji tagħha f’pajjiżna s-Sibt 23 ta’ Marzu kontra l-Faroe Islands.  Tlett ijiem wara, jiġifieri t-Tlieta 26 ta’ Marzu Malta tilqa’ lil Spanja fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.Aqra aktar

Send this to a friend