Sport | One News

Notifiki

Sewwieq Malti f’Santa Pod

Rosello Cassar, sewwieq popolari tad-Drag Racing li din is-sena qiegħed jiċċelebra għoxrin sena ta’ sewqan f’dan l-isport permezz tal-Escort Mk1 tiegħu, jinsab f’Santa Pod fl-Ingilterra fejn bejn is-17 u id-19 ta Mejju ser jkun qiegħed jikkompeti f’avveniment bl-isem ta Doorslammers.Aqra aktar

Tibdil fil-ħinijiet għal-logħob tat-tmiem il-ġimgħa fosthom id-decider tal-Premier

Wara nofsinhar l-MFA ħabbret tibdil fit-tlett partiti li ser jintlagħbu fit-tmiem din il-ġimgħa bl-aktar waħda important bla dubju tkun il-logħba li ser tiddeċiedi minn ser jirbaħ il-Kampjonat u li ser tlaqqa lil Valletta u Hibernians.  Dan il-konfront issa ser jibda fl-16.30 u mhux kif kien avżat qabel.

Anke l-play-offs tal-Ħadd bejn St. Andrews u Santa Lucia kif ukoll Vittoriosa Stars kontra Mġarr United ser jibdew fil-17.00 fil-Hibernians Stadium u fil-Victor Tedesco Stadium rispettivament u mhux kif kien avżat qabel.

Send this to a friend