Proposti – Page 4 – One News

Notifiki

“Nagħmlu t-toroq kollha ta’ pajjiżna” – Joseph Muscat

Waħda mill-wegħdi ta’ Gvern Laburista hi li jittranġaw it-toroq Maltin u Għawdxin kollha. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mal-Ministru Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg spjegaw din il-prijorità.

Il-Kunsilli Lokali huma responsabbli mit-toroq kollha barra dawk arterjali u distributorji u dawk li qatt ma saru – minħabba nuqqas ta’ fondi. Transport Malta ma tistax tippjana fit-tul għax tiddependi minn vot kapitali fil-baġit, kull sena.
Aqra aktar

Inqas taxxa fuq il-part-time

Il-Prim Ministru Joseph Muscat  żar is-sit tal-hub il-ġdida tal-busy bee fl-Imrieħel.

Hemm kien spjegat kif dan il-hub se jaqdi kull bżonn tal-kumpanija fis-settur tal-catering; minn imħażen, sa bejgħ tal-prodotti lil ħwienet differenti.

Filwaqt li kien innotat li ħafna mill-ħaddiema se jgawdu mill-pjan tal-Partit Laburista ta’ inqas piż ta’ taxxa xogħol billi se jnaqqas it-taxxa tad-dħul fuq xogħol part time minn ħmistax fil-mija għal għaxra fil-mija.

Il-kumpanija Busy Bee qed taħseb biex iżżid il-ħaddiema hekk kif il-hub ġdid fl-Imrieħel qed jitlesta mill-fażi ta’ kostruzzjoni. Spjega dwar dan Brian Friggieri, direttur tal-kumpanija.

Aqra aktar

€46.5 miljun fi bwiet il-ħaddiema…ara kemm se tiffranka taxxa

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat spjega l-bidliet fit-taxxa  li Partit Laburista fil-Gvern lest jimplimenta.

Gvern Laburista ġdid jintroduċi tax refund lil kull min jaħdem u jaqla’ sa €60,000.

Madwar 190,000 taxpayer ser igawdu minn tax refund ta‘ bejn €200 u €340 għal kull persuna li taħdem. Din il-miżura tiswa €46.5 miljun. Huwa kunċett ġdid biex min jaqla’ l-anqas, jieħu l-akbar refund.

Min jaħdem u ma jikkwalifikax biex iħallas taxxa, jkun eliġibli għal dan il-benefiċċju wkoll. 

Joseph Muscat, flimkien mal-Ministru Edward Scicluna, qal li lest jimplementa b’responsabiltà miżuri li l-pajjiż jiflaħ għalihom.

Aqra aktar

Wegħda PL: “Nagħtu lura lill-ħaddiema il-Btajjel Pubbliċi tagħhom”

“Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat, tul din il-leġislatura ser ikun qed jagħti lura lill-ħaddiema gradwalment dawk il-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa”.

Il-Prim Minsitru u Mexxej Laburista qal li s-suċċess ekonomiku għandu jwassal għal ekonomija li taħdem direttament għall-individwu u għall-familja tiegħu. Spjega li qed nitkellmu dwar medja ta’ bejn erba’ u ħamest’ijiem fis-sena.

Aqra aktar

Wegħda PL: “Nirranġaw it-toroq kollha ta’ pajjiżna”

“Mill-ewwel jum, ser nibdew naħdmu fuq pjan ambizzjuz fejn jiġu rranġati t-toroq kollha f’Malta u f’Għawdex. Dan il-pajn huwa mqassam fuq 7 snin u għandu jwassal biex it-toroq jirrifletti l-pajjiż modern li rnexxielna noħolqu. Mill-kosta l’ġewwa ser inkunu qed nibnu infrastruttura moderna għall-Malta moderna”.

Qal dan Joseph Muscat meta tkellem dwar il-proposti ewlenin tal-Partit Laburista.

Aqra aktar

Wegħda PL: Pensjonijiet imsaħħa

“Iż-żmien ta’ irtirar għandu jkun żmien li inti tieħu gost tgawdi- inti ħdimt iebes u b’hekk igwadanjat id-dritt li tgħix u tgawdi minn kwalità ta’ ħajja diċenti”. 

Qal dan il-Mexxej Laburista Joseph Muscat fejn qal li l-pensjonijiet għandhom ikunu ġusti u adatatti biex il-ħaddiema li ddedikaw irwieħhom għal pajjiż jiġu ippremjat.

“Se nkomplu naħdmu fuq ix-xogħol preċedenti u intejjbu l-ħajja tal-pensjonanti”.

Aqra aktar

Wegħda PL: Inqas taxxi, aktar flus fil-but

Rifużjoni tat-taxxa

Meta l-Prim Minsitru spjega l-ħames wegħdi ewlenin tal-Partit Laburista jekk jerġa’ jkun fil-Gvern, spjega li l-pajjiż iċċelebra surplus fl-ekonomija. Għalhekk issa huwa ż-żmien li l-poplu jkun ippremjat għall-ekonomija b’saħħitha li nbniet bħala ħidma kollettiva. Kull persuna ikkontribwixxiet, spjega Joseph Muscat, u għalhekk issa dan is-surplus għandu jintuża b’mod li huwa prudenti u ġust.

Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat se jkompli jnaqqas it-taxxa, filwaqt li jmexxi l-eknomija ‘l quddiem. Se tingħata l-ikbar rifużjoni ta’ taxxa fl-istorja ta’ pajjiżna fejn qed jintlaqtu mal-19,000 tax payer bi spiża ta’ €46.5 miljun. Kull min qed jaqla inqas minn €60,000 se jibbenifika min tax refund ta’ bejn €200-340 għal kull persuna li taħdem f’familja.

Aqra aktar

Send this to a friend