Proposti – Page 3 – One News

Notifiki

WEGĦDA: Trasport pubbliku li se jkompli jitjieb

Il-Prim Minsitru u mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mal-Ministru responsabbli mit-Trasport Joe Mizzi, il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Ian Borg indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fejn tkellmu dwar ir-riforma fit-traport pubbliku.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan huwa parti minn pjan komprensiv u costed, anke fid-dawl tal-ikbar proġett infrastutturali li qatt ħa jkun sar f’pajjiżna, li permzz tiegħu t-toroq kollha jsiru fuq medda ta’ seba’ snin.

Il-Ministru Mizzi qal li din l-amministrazzjoni introduċiet 24 rotta ġdida. Inbidlu 43 rotta eżistenti biex aktar żoni jintlaħqu mit-trasport pubbliku. Żdiedu 80 bus stop għal total ta’ 2,000 bus stop u sar investiment fi 380 karozza tal-linja ġdida. Saru  kampanji biex jitħajru n-nies jużaw it-trasport pubbliku. Dan minbarra li daħlet t-tallinja card u ġiet żviluppata real time app. 

Aqra aktar

IMPENN: SAĦĦA B’XEJN U TAL-OGĦLA LIVELL

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministru responsabbli mis-Saħħa Chris Fearne spjegaw l-impenn tal-Partit Laburista fis-settur tas-saħħa, jekk jerġa’ jingħata l-fiduċja tal-poplu nhar it-tlieta ta’ Ġunju. 

IS-SERVIZZ TAS-SAĦĦA JIBQA’ B’XEJN U TA’ KWALITÀ

Waħda mill-prinċipji bażiċi tal-PL hija din. Il-PL huwa l-unika garanzija li s-saħħa tibqa’ b’xejn. Se tibqa titwettaq politika li tiggarantixxi l-aqwa servizz tas-saħħa b’xejn għall-Maltin u l-Għawdxin kollha

INĊENTIVI GĦAL DAWK BI SKEMA TA’ ASSIGURAZZJONI FUQ IS-SAĦĦA PRIVATA

Jingħata tax rebate, refund jew credit lil min iħallas private hospital health insurance policy

Din il-miżura tnaqqas il-piż minn fuq l-isptar ċentrali u l-qasam tas-saħħa jitjieb aktar

Aqra aktar

Il-piż tal-basktijiet, il-homework u s-sillabu fost il-wegħdi tal-Partit Laburista

“F’dawn l-erbà snin dan il-Gvern bena fuq il-pedamenti li kien hemm fis-sistema edukattiva, iżda għamilna qabża kbira fil-kwalità, mhux biss fil-qasam infrastrutturali iżda ukoll fl-esperjenza edukattiva”  – Joseph Muscat

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’konferenza tal-aħbarijiet li matula flimkien mal-Ministru għall-edukazzjoni Evarist Bartolo ġiet spjegata fid-detall il-viżjoni tal-Partit Laburista fil-qasam edukattiv.

Joseph Muscat spjega li f’dawn l-erbà snin saret revoluzzjoni silenzjuża b’numru ta’ inizjattivi li waslu biex jagħmlu differenza kbira fil-ħajja tat-tfal. Fost oħrajn is-sistema ta’ co-education li fi kliem il-Prim Ministru ħalliet riżultati pjuttost tajbin fejn subien u bniet qegħdin jitgħallmu flimkien.

Aqra aktar

Prijoritajiet spjegati taħt it-tinda f’Ħal Kirkop

Waqt attività politika f’Ħal Kirkop, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-proposti ewlenin preżentati dalgħodu. Fuq il-qasam edukattiv, qal li amminsitrazzjoni Laburista fil-Gvern hija kommessa li tara li kulħadd ikollu aċċess mhux biss għall-edukazzjoni, imma li kulħadd ikun jista’ joqgħod għall-eżamijiet. Tkellem dar l-importanza li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u professjonisti fil-qasam tal-edukazzjoni, speċjalment dawk “supply”, li jibdew proċess biex isiru tal-post, mal-Gvern.

Dwar in-negozji, tkellem dwar il-bżonn li l-banek jiftħu l-bibien għan-negozji u li negozji żgħar u self employed ikunu mgħejuna permezz ta’ inċentivi fil-VAT.

Aqra aktar

TRASPORT: Trasport b’xejn lill-istudenti kollha

Wara l-ħidma li għamel Gvern Laburista, biex illum il-poplu qed igawdi minn sistemi ta’ trasport aqwa u ta’ kwalità. Fil-ħames snin li ġejjin, jwiegħed li se jkompli jagħti attenzjoni lil dan is-settur.

  • Trasport b’xejn lill-istudenti kollha b’superviżjoni
  • Mass Rapid Transport System Trasport
  • pubbliku b’xejn għall-istudenti, tfal, pensjonanti u persuni b’diżabilita’

Aqra aktar

NEGOZJU: Aktar aċċess għall-kreditu

Partit Laburista fil-Gvern se jkun jassigura li l-ħidma li diġà saret mill-Gvern fin-negozju se tkompli tindirizza punti oħra li jeħtieġ li jingħataw aktar attenzjoni. Għan-negozji, l-Partit Laburista fil-Gvern se jkun qed jassigura:

  • Aċċess għall-kreditu
  • Pagamenti mill-Gvern fil-ħin
  • Riforma fil-liġi tal-kera biex tipproteġi n-negozji
  • Treshold tal-Gvern
  • Skemi u programmi micro invest

Aqra aktar

AKTAR SAĦĦA LILL-PENSJONIJIET

  • PARTIT LABURISTA FIL-GVERN JARA LI L-PENSJONI MINIMA NAZZJONALI TIŻDIED GĦAL 60% TAD-DĦUL MEDJU NAZZJONALI

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu spjega dak li ġie mwettaq s’issa b’rabta mal-pensjonijiet u dak li lest iwettaq Partit Laburista fil-Gvern.

Fakkar li taħt amministrazzjoni Laburista żdidet l-ogħla pensjoni minima kontributorja b’mill-anqas €11.00 fil-ġimgħa għal €140, minbarra l-COLA. Il-pensjoni minima għall-koppji żdiedet b’ €6.40ċ fil-ġimgħa, minbarra l-COLA, waqt li saret riforma fl-għajnuna supplimentari għall-miżżewġin bi dħul baxx.

Għal dawk li jirċievu l-pensjoni tas-servizz, żdied l-ammont mhux imnaqqas mill-pensjoni tas-sigurtà soċjali bi €800 f’erba’ snin. Ir-romol ingħataw id-dritt li jaħdmu u jżommu pensjoni sħiħa. Dawk li kellhom bolol biżżejjed ingħataw il-pensjoni sħiħa ta’ żwieġhom.

Aqra aktar

Send this to a friend