Lokali – Page 9 – One News

Notifiki

Jiżdiedu t-turisti li ġew Malta għall-ewwel darba

Bħala medja, ras għal ras kull turist li jżur pajjiżna jonfoq ftit aktar minn tmien mitt ewro.

Informazzjoni maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li f’Ottubru ta’ din is-sena, in-nefqa tat-turisti laħħqet aktar minn mitejn u wieħed u tletin miljun ewro. Dan ifisser li n-nefqa kienet sebgħa punt wieħed fil-mija aktar minn Ottubru tas-sena l-oħra.

Minn Jannar sa Ottubru li għadda, it-turisti nefqu kważi żewġ biljun ewro. Din issarfet f’żieda ta’ erbgħa punt ħamsa fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.Aqra aktar

S’issa hemm żewġ nomini għas-siġġu parlamentari ta’ Helena Dalli

Il-Kummissjoni Elettorali għandha sa nhar it-Tnejn li ġej tilqa’ n-nominazzjonijiet għall-elezzjoni każwali ta’ Membru Parlamentari flok Helena Dalli li rriżenjat hekk kif issa hija Kummissarju Ewropew.

Sa issa daħlu żewġ nomini li huma ta’ Edric Micallef u Sebastian Muscat.

L-għadd tal-voti għal din l-elezzjoni każwali se jsir nhar l-Erbgħa li ġej.

Ikkundannat il-ħabs talli kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Keith Gravina ta’ 38 sena mill-Furjana ntbagħat sitt xhur ħabs wara li kiser l-kundizzjonijiet b’rabta mal-ħelsien mill-arrest. L-ispettur Jeffrey Scicluna qal li naqas milli jiffirma fl-għassa għal xahrejn.

F’April li għadda huwa tressaq il-qorti akkużat li seraq mid-dar ta’ ommu u ħarab minn taħt il-kustodja tal-pulizija. Huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiffirma fl-għassa.

Iżda l-Ġimgħa filgħodu huwa tressaq il-qorti wara li naqas milli jiffirma fl-għassa mill-wieħed u għoxrin ta’ Ottubru.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat sabiex ir-raġel isegwi ordni ta’ trattament.

Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda taż-żewġ suldati mixlija bil-qtil ta’ Lassana Souleymane

Fil-qorti kompliet l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ taż-żewġ suldati, Lorin Scicluna ta’ 22sena u Francesco Fenech ta’ 21 sena, akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju.

L-Uffiċjal tal-korp tal-pulizija Matthew Tonna stazzjonat fid-dipartiment tat-teknoloġija tal-informazzjoni qal li dakinhar tal-qtil, fuq in-numru wieħed wieħed tnejn waslulhom sitt telefonati differenti ta’ nies jirrappurtaw li raw persuna mal-art.

Xehed ukoll rappreżentant tal-kumpanija Schembri and Sons, fejn kien jaħdem Lasanna Cisse Suleymane. Qal li kien ħaddiem ieħor li ċempel lill-kumpanija u qalilhom lil Cisse Souleyman kien involut f’inċident u tilef ħajtu.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-ispettur Keith Arnaud.

Aktar minn 493,000 passiġġier għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Novembru biss

L-istaġun tax-xitwa jidher li se jkun wieħed bieżel għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif f’xahar wieħed biss ra żieda ta’ 8.7% fil-moviment tal-passiġġieri meta mqabell mal-istess xahar tal-2018.

Fi stqarrija, l-ajruport qal li f’Novembru għaddew b’kollox 493,201 passiġġier, grazzi għal żieda fl-attività tal-ajruplani u n-numru ta’ postijiet vakanti fuq it-titjiriet. Fl-istess ħin kien innutat li s-Suq Ingliż baqa’ l-aktar wieħed popolari, segwit minn dak Taljan, Ġermaniż, Franċiż u Spanjol. It-tmexxija tal-ajruport qalet ukoll li dan it-tkabbir huwa frott l-introduzzjoni ta’ destinazzjonijiet ġodda bħal Trieste u Santiago de Compostela. Aqra aktar

Eroj b’erba’ saqajn biex jgħinuhom fil-ħajja ta’ kuljum

Propju fil-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità, il-Fondazzjoni Maltija għall-klieb tas-servizzi ċċelebrat il-gradwazzjoni ta’ erbat iklieb li issa se jibdew jagħtu servizzi varji lil bosta persuni fil-bżonn.

Bliss, Hudson u Bud se jibdew jagħtu appoġġ lil pesuni bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, filwaqt li Tim issa se jkun jista’ jagħti l-ewwel għajnuna lil persuni li jbatu biz-zokkor. Tul iċ-ċerimonja, ħaddiema tal-Fondazzjoni libsu l-famuża libsa l-blue bħala turija tal-bidu ta’ kapitlu ieħor f’ħajjet dawn l-eroj.

Malta b’rata ta’ tkabbir tliet darbiet ikbar mill-medja Ewropea

Fl-ewwel tliet kwarti tal-2019 ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku laħqet l-4.7%. F’kull kwart ta’ din is-sena, pajjiżna kellu t-tieni l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-Unjoni Ewropea u dan it-tkabbir f’Malta kien aktar minn tliet darbiet ikbar mill-medja Ewropea.

Fi stqarrija l-Gvern ta’ Malta spjega kif fattur ewlieni kienet iż-żieda qawwija fil-konsum privat li kien xprunat minn tkabbir sostanzjali fid-dħul tal-ħaddiema. Fil-fatt, fl-ewwel disa’ xhur tal-2019 il-pagi f’pajjiżna kienu €220 miljun ogħla milli kienu sena qabel, żieda ta’ 5.9%. Imqabbel mal-2012, il-pagi kienu biljun u nofs ewro aktar, iġifieri żieda ta’ 66%. Riżultat ta’ dan it-titjib sostanzjali fid-dħul, l-istatistika uffiċjali turi li l-konsum tal-familji żdied bi 3%, wara li tneħħi l-effett tal-għoli tal-ħajja.Aqra aktar

Malta bit-tmien l-akbar żieda ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru tul l-2018

Malta kklassifikat bħala t-tmien pajjiż bl-akbar żieda ta’ passiġġieri li vvjaġġaw bl-ajru matul is-sena li għaddiet.

Dan joħroġ minn stqarrija tal-Eurostat li nnutat kif fl-2018 kien hemm aktar minn biljun ruħ li vvjaġġaw bl-ajru fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li l-pajjiżi Ewropej kollha raw żieda ta’ passiġġieri, pajjiżna rreġistra fost l-ogħla żidiet bi 13.3%.Aqra aktar

Send this to a friend