Lokali – Page 7 – One News

Notifiki

Titnieda skema ta’ finanzjament għall-proġetti mmirati għaż-żgħażagħ

‘Achievers’ hija inizjattiva ta’ finanzjament imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi mmirata għall-Kunsilli Lokali, Kunsilli Reġjonali, u Organizzazzjonijiet Volontarji.

Din l-iskema tgawdi mill-allokazzjoni finanzjarja ta’ €90,000, u li minnha l-applikanti se jkunu jistgħu jirċievu fondi f’kontanti sa massimu ta’ €3,000 għal kull proġett eleġibbli.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Is-safar tal-Maltin jiżdied b’4.5% – nefqu €201 miljun waqt il-btajjel tas-sajf

Fi tliet xhur bejn Lulju u Settembru, aktar minn mitejn u tmint elef ruħ siefru minn Malta lejn bosta destinazzjonjiet u bejniethom nefqu aktar minn mitejn miljun ewro.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li s-safar tal-Maltin fit-tielet kwart tas-sena kien erbgħa u nofs fil-mija aktar mill-istess tliet xhur taas-sena l-oħra b’żieda ta’ aktar minn disat elef  ruħ li siefru minn pajjiżna għal btala jew għal xogħol.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Imniedi programm bil-għan li jsaħħaħ l-apprentistat fl-MCAST b’investiment ta’ €7 miljun

B’investiment ta’ seba’ miljun ewro, parti minnhom fondi Ewropej, tnieda proġett biex jissaħħaħ l-apprentistat fl-MCAST.

Dan il-proġett jikkonsisti f’taħriġ li se jiġi offrut lil madwar erba’ mitt kumpanija li jagħtu apprentistat lil studenti tal-MCAST. Dan biex il-kumpaniji jkunu mħarrġa u jkollhom għarfien dwar l-importanza tal-apprentistat għat-trawwim tal-istudenti fl-industriji.

Aqra aktar

Anzjan ġarrab ġrieħi gravi f’hit and run fil-Fgura

Anzjan ta’ 73 sena li jgħix Ħal Tarxien ġarrab ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa tat-Tnejn filgħaxija fi Triq Hompesch, il-Fgura, meta l-anzjan ittajjar minn karozza waqt li dan kien qed jaqsam it-triq. Il-karozza li tajritu telqet minnufih minn fuq il-post.

Aqra aktar

L-FSU se jinqala’ ’l barra mill-moll bħala prekawzjoni minħabba l-maltemp

Il-kumpanija Electrogas li topera l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Delimara qalet li t-tanker tal-gass se jinqala’ ’l barra mill-moll bħala prekawżjoni minħabba l-maltemp.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li l-imbatt tal-mewġ fil-bajja ta’ Marsaxlokk mistenni jkun b’saħħtu ħafna bir-riħ mistenni jonfoħ mix-xlokk il-lvant u jilħaq forza sitta sa tmienja.

Aqra aktar

Send this to a friend