Lokali – Page 6 – One News

Notifiki

Mediċina oħra b’xejn għall-kura tal-kanċer tal-prostata

Madwar tletin pazjent fis-sena b’kanċer avvanzat fil-prostata u li jkun inferxilhom f’partijiet oħra ta’ ġisimhom se jibdew jingħataw il-mediċina Abiraterone li minn din il-ġimgħa daħlet fil-formularju tal-Gvern.

Ma’ ONE NEWS, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega l-benefiċċji ta’ din il-mediċina.

Aqra aktar

Id-djalogu soċjali mal-imsieħba soċjali u l-pubbliku prijorità – il-Ministru Carmelo Abela

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, responsabbli mill-iżvilupp sostenibbli, id-djalogu soċjali, u l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali, żar l-uffiċċji tal-Aġenzija MEUSAC (Malta EU Steering Action Committee) u l-MCESD (The Malta Council for Economic and Social Development). Huwa ltaqa’ mal-impjegati ta’ dawn iż-żewġ dipartimenti li jiffukaw fuq id-djalogu soċjali. Filwaqt li rringrazzjahom tas-servizz professjonali offrut, saħaq fuq l-importanza ta’ pjan ta’ ħidma ambizzjuża għal din is-sena li ġejja li tiffoka fuq il-komunikazzjoni mal-imsieħba soċjali fuq riformi soċjo-ekonomiċi u fuq il-benefiċċji tal-Unjoni Ewropea maċ-ċittadini.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: tfittxija għal żewġ ħallelin li serqulu l-għasfur minn fuq il-bieb ta’ barra

Alfred Zerafa mill-Isla jidher li qed ifittex żewġ ħallelin, mara u raġel li allegatament serqulu gaġġa b’għasfur ġo fiha.

Fil-filmat mibgħut lil One.com.nt jidhru ż-żewġ ħallelin jippassiġaw quddiem il-bieb tiegħu. F’ħin minnhom ir-raġel deher jitla’ fuq pjanta li hemm quddiem ir-residenza ta’ Zerafa u jaqla’ il-gaġġa bl-għasfur u jitilaq biha.

Aqra aktar

Mara tintlaqat minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq f’San Ġiljan

Mara ta’ 26 sena mil-Litwanja, residenti San Ġiljan, sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tattraffiku f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30AM fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, bejn vettura tat-tip KIA misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti
r-Rabat u vettura tat-tip Suzuki misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti l-Imsida.

Aqra aktar

Billie Eilish l-istilla tal-Grammy Awards 2020

Il-kantanta żagħżugħa Billie Eilish hija l-istilla tal-Grammys 2020, l-akbar unuri li artist mużikali jista’ jikseb. Eilish li għad għandha biss 18-il sena, rebħet ħames kategoriji tal-Grammys, inkluż l-aqwa kanzunetta għas-sena 2019 u l-aqwa artist ġdid.

L-album tagħha When We All Fall Asleep kien iddikkjarat l-album tas-sena, biex b’hekk Billie Eilish ħadet il-kuruna ta’ Taylor Swift bħala l-iżgħar artista li qatt rebħet din il-kategorija.

Aqra aktar

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli tiltaqa’ mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA

Waqt laqgħa li kellha mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA, il-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli ddeskriviet lil din l-assoċjazzjoni bħala stakeholder ewlieni f’din l-industrija importanti f’pajjiżna. Hija faħħret l-inizjattivi li din l-assoċjazzjoni kontinwament tieħu sabiex tirrappreżenta bl-aħjar mod id-diversi ristoranti u lukandi li nsibu madwar pajjiżna.

Aqra aktar

Il-bank li kellu lil Gonzi direttur fadallu jagħti €13-il miljun

Il-Bank Nemea li tliet snin ilu kellu l-liċenzja bankarja tiegħu rtirata mill-Bank Ċentrali Ewropew minħabba bosta nuqqasijiet serji, għad fadallu jagħti aktar minn tlettax-il miljun u mitejn elf ewro lill-klijenti tiegħu.

Il-Bank kellu lill-ex Prim Ministru Nazzjonalista Lawrence Gonzi fost id-diretturi tal-bank.

Dan joħroġ minn rapport tal-kumpanija tal-awdituri Price WaterhouseCooper li tqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fil-jiem li għaddew.

Fl-2016, il-Bank Ċentrali Ewropew kien laqa’ t-talba tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji, l-MFSA wara li baqa’ ma għamel l-ebda progress fuq bosta nuqqasijiet li kienu nstabu fit-tmexxija tal-bank u li kienu qajmu tħassib regolatorju serju.

L-MFSA kienet żvelat li sabet nuqqasijiet serji li ġegħluha tieħu azzjoni fil-konfront tal-bank. Kien għalhekk li l-bank Nemea li kien joffri bosta servizzi online, tpoġġa taħt il-kontroll tal-kumpanija tal-Awdituri Price Waterhouse Cooper.

Fir-rapport jingħad li l-bank kellu tnejn u sittin miljun ewro f’depożiti tal-klijenti. Sena wara l-MFSA nediet l-iskema li permezz tagħha l-klijenti bdew jingħataw parti minn flushom. Dan wara li ġie stabbilit li l-bank ma kellux flus biżżejjed biex iħallas dak kollu dovut minnu. B’mod individwali, il-klijenti kienu eleġibbli għall-kumpens ta’ mitt elf ewro. Permezz ta’ din l-iskema tħallsu total ta’ ħamsa u tletin miljun ewro.

Skont ir-rapport tal-kumpanija tal-awdituri, sal-aħħar ta’ Ġunju li għadda, it-telf akkumulat mill-bank Nemea kien jammonta għal tnax-il miljun u sitt mitt elf ewro.

Fost id-diretturi tal-bank minbarra l-ekx prim ministru Lawrence Gonzi, kien hemm ukoll Joseph F.X. Zahra, li kien inħatar fuq kummissjoni speċjali dwar il-finanzi tal-Vatikan.

Send this to a friend