Lokali | One News - Part 5

Notifiki

Malta taqbel mal-prinċipji ġenerali tal-Periodic Peer Review Mechanism dwar is-saltna tad-dritt fl-UE

Malta taqbel mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, dwar it-tibdil fil-klima, kif riflessa fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2021-2027. Din il-proposta qed tħeġġeġ lill-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom, filwaqt li jivestu aktar fi transizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. Dan qalitu l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Dr Helena Dalli waqt il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Il-PM jinawgura l-Customer Experience Centre ta’ Crane Currency

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura il-Customer Experience Centre tal-Faċilità ta’ Crane Currency f’Ħal Far li hi l-aħħar parti tal-akbar investiment dirett barrani fil-qasam tal-manifattura f’pajjiżna fi kważi erbgħin sena.

Dan iċ-ċentru huwa mgħammar bl-aħħar teknoloġija u bl-iktar miżuri moderni ta’ sigurtà.

Il-President ta’ Crane Currency, Ann Marie Watson, qalet li dan iċ-ċentru se jgħaqqad Crane Currency ma’ diversi istituzzjonijiet minn madwar id-dinja li jirrekjedu servizzi mingħandha.

Watson fakkret kif l-investiment ta’ Crane Currency f’pajjiżna kien frott tal-istrateġija pro-business li addutta dan il-Gvern.Aqra aktar

AĠĠORNAT: ‘Impjegat’ tal-El Chapo ta’ Malta kixef lil Jordan Azzopardi u għadda dettalji lill-Pulizija

Kien żagħżugħ arrestat dwar traffikar ta’ droga li offra minn jgħeddu li jagħti stqarrija lill-Pulizija u għadda lill-Pulizija informazzjoni dwar Jordan Azzopardi, u li l-Pulizija setgħet tasal għall-arrest tiegħu. Żvela dan l-Ispettur Mark Mercieca mill-Iskwadra ta’ kontra d-drogi. Dan hekk kif Mercieca kien l-ewwel xhud fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ Jordan Azzopardi magħruf bħala l-El Chapo ta’ Malta. Huwa ġie arrestat il-ġimgħa l-oħra wara jiem twal ta’ investigazzjonijiet tal-Pulizija. Mercieca qal kif iż-żagħżugħ kien wieħed mill-hekk ‘imsejħa’ impjegati ta’ Azzopardi.

Fix-xhieda tiegħu Mercieca ta dettalji dwar l-investigazzjonijiet u l-arrest ta’ Azzopardi li seħħ l-Erbgħa filgħaxija. Dakinhar ġew arrestati wkoll it-tfajla tiegħu u anke persuna oħra Mario Abdilla li ukoll kien wieħed mill-impjegati tal-‘El Chapo’. Il-Qorti ordnat divjet fuq isem it-tfajla. Mercieca spjega kif apparti fir-residenza ta’ Azzopardi fil-Wardija saru wkoll xi tfittxijiet f’postijiet oħra. Aqra aktar

Send this to a friend