Lokali – Page 3418 – One News

Ikomplu jiżdiedu l-karozzi fit-toroq Maltin

Fl-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, il-vetturi reġistrati telgħu għal 349,386. Dan ifisser żieda ta’ 0.7% meta mqabbel mal-aħħar kwart tas-sena li għaddiet.

Madwar 80% ta’ dawn il-vetturi huma karozzi tal-passiġġier, 13.7% vetturi kummerċjali, 6% muturi, u karozzi tal-linja u minibuses ammontaw għal inqas minn 1%.

Aqra aktar

Id-DE DE lest joqgħod għal investigazzjoni

Il-President tal-Malta Football Association, Norman Darmanin Demajo, li wkoll jissemma f’Panama Papers qal li “bħal dejjem” lest ikun suġġett għall-kwalunkwe investigazzjoni jew awditjar indipedenti inkluż mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Darmanin Demajo qal dan meta dalgħodu ta t-tieni reazzjoni tiegħu għall-fatt li lbieraħ ismu feġġ fost dawk ta’ Panama Papers. Qal li fl-aħħar għoxrin sena kien direttur u azzjonist f’diversi kumpaniji fosthom dawk offshore. Qal li hu mhuwiex is-sid aħħari u huma reġistrati għal raġunijiet legali u m’għandhom x’jaqsmu ma’ ebda attività illeċta.

Aqra aktar

MOU bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u Alġerina

Ftit tal-mumenti ilu ġie ffirmat Memorandum Of Understanding ta’ kooperazzjoni bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u dik Alġerina.

L-iffirmar sar waqt business forum fir-Rabat, fejn preżenti għalih kien hemm numru kbir ta’ delegati Maltin u Alġerini.

L-MOU isegwi ż-żjarat li saru mill-ogħla awtoritajiet Maltin fl-Alġerija, fosthom tal-President, u l-Prim Ministru Maltin.

Aqra aktar

Nirien fl-Isla: mara ssofri ġrieħi gravi

 

Raġel t’84 sena lbieraħ filgħaxija kien salvat min-nirien li ħakmu d-dar tiegħu bl-għajnuna tar-Rapid Intervention Unit filwaqt li bintu ta’ 49 sena ndarbet gravi fl-istess inċident.

Il-każ seħħ ftit qabel l-21:45 fi Triq San Pietru u San Pawl, l-Isla.

Aqra aktar

Ta’ Cachia Caruana bl-iktar rabtiet

Hija l-kumpanija EMD Advisory Services, li tagħha Richard Cachia Caruana huwa konsulent ewlieni, li għandha l-ikbar numru ta’ rabtiet fost l-intermedjarji ma’ kumpaniji li jissemmew fil-Panama Papers. Tant hemm rabtiet li fuq is-sit tal-konsorzju tal-ġurnalisti (ICIJ) saret nota biex tgħid li din il-kumpanija tant tirrappreżenta interessi li ma setgħux jagħmlu grafika kif għamlu f’każi oħra bil-għan li kollox ikun spjegat bl-aħjar mod.

Hemm 714 il-kumpanija marbuta ma’ Malta fil-lista ta’ Panama Papers ippubblikata mill-konsorzju internazzjonali tal-ġurnalisti. Il-lista tmur lura għadd ta’ snin. Is-714 kumpanija infetħu minn 49 intermedjarju.

Aqra aktar

Il-President tal-MFA f’Panama Papers

 Il-President tal-Malta Football Association Norman Darmanin Demajo huwa fost il-persuni li jissemmew f’Panama Papers u li tagħrif dwarhom ħareġ illejla.
Darmanin Demajo huwa azzjonist f’kumpanija rreġistrata fil-British Virgin Islands. Ikkuntatjat minn The Malta Independent Darmanin Demajo qal li jmiss ma’ dawk it-tip ta’ kumpaniji minħabba l-professjoni tiegħu.

Tal-PN f’Panama Papers

Fost il-kumpaniji li jissemmew fil-lista ta’ Panama Papers ippubblikata llejla hemm dawk li għandhom l-involviment ta’ Richard Cachia Caruana u Francis Zammit Dimech. EMD advisory service taġixxi ta’ intermedjarju għal 72 kumpanija.

Din il-kumpanija ta’ oħt Richard Cachia Caruana għandha lill-istess Caruana bħala konsulent tagħhha kif jiddikjara hu nnifsu. Il-kumpaniji li tagħhhom hija intermedjarju EMD Trust Services huma kollha fil-British Virgin Islands, post meqjus bħala tax haven. EMD huma azzjonisti wkoll fi tnax –il kumpanija fil-British Virgin Islands. Intant, il-kumpanija legali ta’ Francis Zammit Dimech tissemma bħala intermedjarju. Zammit Dimech mhux biss ilu fil-Parlament diversi snin imma huwa wkoll eks Ministru Nazzjonalista.

Aqra aktar

Send this to a friend