Lokali – Page 3351 – One News

Notifiki

Titħabbar Reshuffle

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu kemm ħabbar reshuffle. It-tibdil huwa kif ġej: Chris Fearne, s’issa Segretarju Parlamentari, ħa jkun promoss għal Ministru tas-Saħħa. Il-Prim Ministru ser ikun qed jieħu ħsieb is-settur tal-enerġija u l-proġetti tal-Gvern. Konrad Mizzi ser jibqa’ Ministru, għalkemm bla portafoll, u ser imexxi l-proġett tal-Power Station sakemm dan jitwettaq kif imwiegħed minn dan il-Gvern. Huwa mhux ser jibqa’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.

Aqra aktar

Rekord! Il-qgħad jinżel għal 4,000

Għall-ewwel darba f’ħafna snin ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna niżlet għal 4,000. F’Marzu ta’ din is-sena l-qgħad niżel għal 4,033, filwaqt li s-sena li għaddiet kien ta’ 5,894. F’Marzu 2013, meta nbidlet l-amministrazzjoni, l-qgħad kien jabeż is-7,000.

Aqra aktar

Inawgurat il-proġett tal-Menqa ta’ Marsalforn … investiment ta’ €900,000

Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Ian Borg u s-Segratarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Roderick Galdes inawguraw il-proġett tal-Menqa ta’ Marsalforn.   
Fil-port ta’ Marsalforn sar xogħol infrastrutturali li sewa aktar minn €900,000 biex jitjiebu l-faċilitajiet għas-sajjieda f’dawn l-inħawi biex b’hekk ikunu jistgħu joperaw b’mod aktar effiċjenti u effettiv.

Aqra aktar

Raġel jaqa’ minn fuq bejt ta’ kamra fl-Armier

Raġel ta’ 26 sena minn Raħal Ġdid qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-Erbgħa filgħaxija waqa’ minn fuq bejt ta’ kamra fil-Bajja tal-Armier.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9p.m. Jirriżulta li r-raġel kien qed jaħdem fuq il-bejt u waqa’ meta ġie biex juża sellum biex jinżel minn fuq l-istess bejt.

Proġett ta’ estensjoni fil-binja tal-Qawra Scouts Group

Fil-Park tas-Salini għaddej proġett ta’ estensjoni fuq il-binja li tintuża mill-Qawra Scouts Group. Ix-xogħol fuq dan il-proġett qed isir mill-Ministeru tal-Infrastruttura bl-investiment ilaħħaq il-€100,000.Permezz ta’ dan il-proġett, l-Qawra Scouts Group se jibbenefikaw minn diversi faċilitajiet ġodda, inkluż maħżen taħt l-art u sala.
Ix-xogħlijiet fuq dan l-proġett mistennija jitlestew f’Awwissu li ġej.

 

 

 

 

 

Raġel jaqla’ diversi daqqiet b’arma taqta’ bil-ponta

Raġel ta’ 55 sena minn San Ġwann jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx, qala’ numru ta’ daqqiet b’arma li taqta’.

Il-każ seħħ l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta 10.10p.m. f’boathouse fil-Bajja tal-Armier. Kienu Membri tal-Pulizija mid-Distrett tal-Mellieħa, l-ewwel li marru fuq il-post, hekk kif intalbu jirrikorru wara rapport li ndarbu xi nies waqt serqa. Hemmhekk, sabu membri tar-Rapid Intervention Unit jassistu lir-raġel, li nstab mal-art f’ammont sostanzjali ta’ demm.

Aqra aktar

It-Times tirtira artiklu dwar Konrad Mizzi

It-Times of Malta rtirat allegazzjonijiet li għamlet fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi f’artiklu ppubblikat fil-5 t’April.

F’wieħed minn sensiela ta’ artikli b’rabta ma’ Panama Papers, it-Times of Malta kienet irrapportat li “investitur f’kumpanija ta’ Mizzi huwa marbut mal-koruzzjoni.” 

Aqra aktar

Anzjana tilfet ħajjitha wara inċident tat-traffiku

Anzjana ta’ 77 sena minn Wied il-Għajn tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku li seħħ l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tal-9.50p.m. fi Triq Ħaż-Żabbar il-Fgura.

Jirriżulta li kien hemm impatt bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 79 sena minn Wied il-Għajn, li miegħu kien hemm passiġġiera l-anzjana, u karozza oħra li kienet wieqfa fil-ġenb tat-triq.

Aqra aktar

Il-Kummissarju tal-Pulizija jirriżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa

l-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar informa lill-Prim Ministru li se jkun qed jirreżenja b’effett immedjat minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Il-Prim Ministru rringrazzjah tas-servizz li ta tul is-snin fil-Korp tal-Pulizija u b’dispjaċir kellu jaċċetta din ir-riżenja.

L-Assistent Kummissarju Lawrence Cutajar inħatar immedjatament Aġent Kummissarju tal-Pulizija.

€55M f’investiment għas-sit tal-eks Marsa Shipbuilding

€55 miljun. Dan l-investiment li se jsir minn Ablecare Oilfield Services Holdings, l-offerent magħżul għall-iżvilupp mill-ġdid tas-sit tal-eks Marsa Shipbuilding.

Pass ieħor lejn dan il-ftehim sar it-Tlieta filgħaxija bi ftehim iffirmat fis-sit tal-Marsa Shipbuilding, fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Ftehim li segwa proċess kompettitiv li dam għaddej għal bosta xhur.

Aqra aktar

Send this to a friend