‘Agħti s-saħħa lil ħaddiem’ jgħid l-Innu Malti. Għalhekk kien xieraq il-kant tal-folla mal-istess innu fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem. Ara l-filmat mill-isbaħ.

‘Agħti s-saħħa lil ħaddiem’ jgħid l-Innu Malti. Għalhekk kien xieraq il-kant tal-folla mal-istess innu fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem. Ara l-filmat mill-isbaħ.
Sittax-il persuna kienu arrestati f’ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u r-Rapid Intervention Unit matul it-tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Is-suspettati huma ta’ nazzjonalità Maltija u Ingliża u l-età tagħhom tvarja bejn is-16 u l-35 sena.
Il-fondazzjoni ta’ Valletta 2018 uriet tħassib għall-bill boards politiċi li hemm fil-foss ta’ San Ġakbu. Dawn qegħdin fid-daħla tal-Belt u jgħattu l-fortifikazzjoni ta’ San Gakbu.
Edukazzjoni mużikali se tkun offruta għall-Maltin kollha b’xejn. Dan għadu kemm tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata fost oħrajn mill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici.
It-tagħlim ser ikun possibbli permezz ta’ ftehim mal-kumpanija Franċiża Meludia. Din toffri pjattafroma online biex wieħed ikun jista’ jitgħallem. Mill-bieraħ, aċċess għal Meludia mill-Maltin sar bla ħlas – b’hekk il-popolazzjoni kollha għandha aċċess għall-edukazzjoni fejn tidħol il-mużika.
Għidnilkom. Ma’ Dybala qed tinħema xi ħaġa li se ġġibu lejn pajjiżna sikwit. Saħansitra fuq il-facebook tiegħu il-kuntatt f’pajjiżna mal-aġent tal-plejer tella’ r-ritratt li ppubblikajna lbieraħ mal-President tar-Repubblika u qal li f’pajjiżn għadda jiem sbieħ.
“Li ma jintesewx,” kiteb Di Lello li fl-imgħoddi lagħab f’Malta ma’ Birkirkara u Sliema.
Tul il-ġimgħat one.com.mt se jkun qed jagħti ħarsa lejn l-aħħar aġġornamenti u kurżitajiet fuq l-avventura ta’ Liquorish li bħalissa qiegħda tixxandar kull nhar ta’ Tnejn fuq ONE.
Ġimgħa wara ġimgħa, Andrea Cassar qed tirrakonta l-esperjenza ta’ dawn it-12-il avventurużi, magħżulin fost ħafna applikanti li issa qed jgħixu avventura fil-pajjiż tal-Filippini; esperjenza li s’issa wriet kemm dan il-pajjiż huwa sinjur fil-kultura, ambjent u wżanzi tal-poplu tiegħu.
Raġel ta’ 50 sena sofra ġrieħi gravi meta ntlaqat minn karozza li allegatament ħarbet minnufih minn fuq il-post.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-20.45, fi Triq Gulju, kantuniera ma’ Triq ix-Xitwa, San Pawl il-Baħar.
Il-messaġġ tal-Prim Ministru l-Belt Valletta ilbieraħ iddomina l-faċċati tal-ġurnali dalgħodu, fejn spikkaw ukoll ir-ritratti tal-folla enormi, bl-orizzont b’titlu “Ma’ Joseph” tirrapporta li kif mistenni folla enormi wieġbet għas-sejħa quddiem Kastilja biex tappoġġja l-politika tal-gvern.
Biex mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jinkisbu dettalji dwar l-impjieg bħala diplomatiku li kellu Richard Cachia Caruana jkollha ssir riċerka fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Dan għax mhux biss Richard Cachia Caruana kien stmat differenti minn diplomatiċi oħrajn f’dak li huwa ħlas, iżda anke fil-mod kif il-gvern kien jiftiehem miegħu. B’imkejjen fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jikkonfermaw kif hija “kedda” biex jinstab it-tagħrif dwar l-eks strateġist nazzjonalista li mit-taxxi tal-poplu tħallas eluf kbar ta’ ewro.Eluf li aħansitra baqgħu jitħallsu anke wara li kien sfiduċjat mill-Parlament.
L-MCAST irrefera għal rapporti li allegaw li l-istudenti apprentisti tal-MCAST qed jaħdmu sajf sħiħ għal €200 fix-xahar jew €1.20 fis-siegħa.
Fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista deher artiklu intitolat: Waqt li l-Prim Ministru jitkellem kontra l-prekarjat … l-istudenti tal-MCAST jitħallsu €1.20 fis-siegħa
Permezz ta’ stqarrija L-MCAST iċċara li dan assolutament mhuwiex minnu u l-istudenti apprentisti fil-fatt jitħallsu iktar mid-doppju tal-ammont imsemmi.
Send this to a friend