Lokali – Page 3209 – One News

Notifiki

Kieku kien il-Milied konna nifhmuh…

Kieku kien il-Milied konna nifhmuh għax ngħidu ħarab minn min ried isajru. Imma llum? Shaun Formosa ltaqa’ ma dan il-pagun idur ħdejn il-Kitchen Garden. Min jaf. Forsi mar ifittex l-ommu.

“In-nies ma jistgħux jaċċetaw li l-azzjoni hija kontra d-diskors li jsir” – Partit Laburista

Ironikament il-Kap tal-Oppożizzjoni qal il-frażi , ‘in-nies ma jistgħux jaċċetaw li l-azzjoni hija kontra d-diskos li jsir ‘ fil-każin tal-Partit Nazzjonalista f’Raħal Ġdid illum.

B’reazzjoni għal dan, il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil għandu japplika din il-frażi għalih stess u ma jippriedkax fuq good governance jekk mhux lest li jieħu azzjoni fuq Beppe fenech Adami li bena parti mid-dar tiegħu f’ żona ODZ , fuq Mario deMarco li sarulu xogħolijiet b’xejn fid-dar tiegħu minn kuntrattur privat, u issa fuq Tonio Fench li huwa chairman ta’ kumpanija fil-British Virgin Islands u huwa segretarju ta’ kumpanija li tiftaħ trusts f’Jersey, ikkunsdrat bħala tax haven, filwaqt li għandu diversi kumpaniji oħra ma nies li kien appuntahom hu f’pożizzjonijiet importanti fi żmien meta kien Ministru tal-Finanzi.

Aqra aktar

Ġrieħi gravi għal sewwieq ta’ mutur fil-Mosta

Għall-ħabta ta’ 11.50a.m. inċident fil-Mosta bejn Karozza tat-tip smart, misjuqa minn mara ta’ 34 sena mill-Mosta ħabtet ma’ mutur Yamaha misjuq minn ġuvni ta’ 27 sena min-Naxxar. Il-mara ma sofriet ebda ġrieħi. Ir-raġel ittieħed l-isptar fejn aktar tard ġie stabbilit li sofra minn ġrieħi gravi.

Il-but ta’ Tony Abela baqa’ mimli

Tony Abela reġa’ daħal fil-Parlament u miegħu rritornat id-dikjarazzjoni tal-assi super.

Il-gazzetta Kullħadd analizzat id-dikjarazzjoni tal-assi tal-ex membru tal-Kabinett, li fil-passat f’kontroversja inqabad mhux darba jew tnejn.

Fiha n-Nutar Abela ddikjara li għandu €691,645 f’kontijiet fil-banek u ma’ dawn numru ta’ bonds u ishma.

Fi stocks tal-gvern, ishma fil-Malta International Airport u f’GO Plc jiddikjara li għandu mal-€110,000. Imbagħad għandu eluf ta’ ishma f’kumpaniji oħra li ma nafux il-valur tagħhom għalkemm ilaħħaq l-eluf ta’ ewro.

Aqra aktar

Pulizija jieħdu ġustizzja

 

Fis-sigħat li ġejjin madwar tletin pulizija se jibdew jirċievu rimedji għal inġustizzji li sofrew fi snin preċedenti.

Il-ġurnal KullĦadd irrapporta li dan se jsir wara li l-ilmenti tagħhom intlaqgħu mill-bord tal-Grievances imwaqqaf mill-Gvern fl-2014, fejn ġew mistħarrġa każi ta’ inġustizzji, bl-ilmenti milqugħa jmorru lura għal seba’ snin qabel.

B’hekk tkompli ssir ġustizzja ma’ dawk li batew inġustizzji fuq il-post tax-xogħol tagħhom fl-imgħoddi, din id-darba ma’ dawk li offrew is-servizzi tagħhom fil-Pulizija.

Aqra aktar

Busuttil b’attakk fuq l-istituzzjonijiet

Fid-diskors tiegħu fil-Każin Nazzjonalista ta’ Raħal Ġdid Simon Busuttil infexx f’attakk sfrenat lejn l-istituzzjonijiet kollha b’ mod partikolari lejn il-Korp tal-Pulizija. Busuttil iddeskriva lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija huma pupazzi, u prova jqajjem diversi dubji dwar l-integrita’ tal-Korp tal-Pulizija.

Huwa kompla b’attakk fuq l-Aġent Kummissarju ġdid Lawrence Cutajar fejn huwa ddeskrivih bħala bniedem mhux kapaċi u mhux serju.

Aqra aktar

Aġġornat: Solidarjetà ma’ Kristy Debono

Huwa Jum l-Omm partikolari għall-Membru Parlamentari Kristy Debono, għal raġunijiet ħżiena. Hija ddeskriviet att vandalu fuq il-vetturi tagħha u ta’ żewġha magħtul il-lejl li għadda.

Fuq Facebook Debono qalet li dawn l-attakki ma jwasslu għal imkien.

Aqra aktar

Jisplodi tank tal-gass f’Buġibba

 

Żewġ persuni spiċċaw l-isptar wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar instemgħet splużjoni f’appartament f’Buġibba, fi Triq il-Ħalel.

Jidher li dan irriżulta biex fil-kċina tal-appartament żviluppa nar li kkawża ġrieħi lil żewġ persuni. In-nar ġie kkontrollat mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili filwqat li l-midruba ttieħdu l-isptrar għall-kura minnufih.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Rirtatti: Kelly Peplow

 

“Bl-istandards ta’ Simon Busuttil, Tonio Fenech għandu jirriżenja mill-Parlament”

B’referenza għall-istorja ppubblikata llum dwar l-eksMinistru tal-Finanzi Tonio Fenech, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bl-istandards politiċi li qed jipprova jbella’ Simon Busuttil, Fenech għandu jirriżenja mill-Parlament.

Muscat spjega kif Tonio Fenech, fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għamel lista’ ta’ kumpaniji iżda ma qalx x’inhuma. Ħareġ ukoll li huwa ċ-ċermen ta’ kumpanija li hija fully-owned minn kumpanija oħra tal-British Virigin Islands – l-istess sistema li wasslet biex kien hemm Ministru Spanjol jirriżenja.

B’reazzjoni għal dan, l-eksMinistru Fenech qal li mhu qed jagħmel xejn illegali.

Muscat qal li llum qed niskopru wkoll li Fenech huwa Segretarju ta’ kumpanija li xogħolha tiftaħ it-trusts f’pajjiżi oħra.

Aqra aktar

Send this to a friend