Lokali – Page 3126 – One News

Notifiki

Evitaw id-dawra tal-Belt

Diversi persuni qed jikkuntatjawna biex jgħidulna li l-Belt Valletta tinsab imwaħħla bi traffiku staġnat f’bosta postijiet.

Jirriżulta li kawża tal-inkjesta maġisterjali li qiegħda ssir fejn ftit ilu seħħ inċident li ħalla persuna fil-periklu tal-mewt, it-triq ta’ ħdejn id-dwana tinsab magħluqa u dan qed iwassal għal inkonvenjent kbir.

Aqra aktar

Tonio Fenech jitkaża bih innifsu

Il-Ħadd sar magħruf li Tonio Fenech jaħdem għall-kumpaniji rreġistrati fil-British Virgin Islands. Iżda sa ftit tal-jiem ilu kien qed jitkaża fil-Parlament kemm din il-ġurisdizzjoni mhix tajba għax sigrieta.

Dan anke jekk hu kien diġa’ involut f’dawn il-kumpaniji li beda jaħdem magħhom wara li spiċċa minn Ministru.

Fil-filmat hawn taħt tista’ tisma’ lil Fenech jitkaża bil-British Virgin Islands. Iżda, b’riħet dawk li jsejjaħ bħala pajjiżi sigrieti Tonio Fenech idaħħal ukoll xi ħaġa fil-but.

Aqra aktar

Tal-Carnival jaslu Malta

L-ewwel cruise ship tal-grupp Carnival, bl-isem ‘Carnival Vista’ wasal Malta.

Madwar 80% tal-passiġġieri li jivjaġġaw ma’ din il-kumpanija huma Amerikani. Il-Ministru Edward Zammit Lewis, li kien hemm mal-wasla tal-vapur, qal li dan huwa fatt li ser jgħin biex Malta tiddiversifika s-suq turistiku.

Aqra aktar

Mill-Alġerija għall-Palazz tal-President

It-teknoloġija, il-loġistika, it-trasport u l-infrastruttura. Settur li dwarhom jista’ jsir ftehim bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u dik tal-Alġerija.

Ftit tal-ħin ilu l-President iltaqgħat ma’ delegazzjoni ta’ negozjanti Alġerini fil-palazz ta’ San Anton.

Aqra aktar

Il-widnejn torox tal-PN

Il-billboard tal-Partit Nazzjonalista għadu hemm.

Wara l-appelli li saru mill-Fondazzjoni ta’ Valletta 2018 biex jitneħħew il-billboards li hemm fil-foss ta’ San Ġakbu, il-Partit Laburista neħħa tiegħu immedjetament.

Iżda għall-Partit Nazzjonalista, l-appell waqa’ fuq widnejn torox, u biddel il-wieħed li kellu qabel ma’ wieħed ġdid, li fih, ironikament, jidher il-Prim Ministru jsodd widnejh.

Aqra aktar

Eġizzjan fil-periklu tal-mewt

Eġizzjan ta’ 45 sena li jgħix il-Ħamrun jinsab fil-periklu tal-mewt wara li safa’ mtajjar fi Triq Lascasris il-Belt Valletta, fiz-zona magħrufa aħjar bħala x-Xatt tal-Belt, ħdejn id-dwana l-antika.

Il-karozza li laqtitu kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena li jgħid il-Belt Valletta.

Aqra aktar

Membri Parlamentari se jkollhom jużaw it-taraġ….

Hu stmat li żewġ terzi mill-popolazzjoni Ewropea ma tagħmilx l-ammont t’attività fiżika rakkomandata għas-saħħa.

600,000 mewt fis-sena madwar l-Ewropa huma assoċjati ma’ nuqqas ta’ moviment fiżiku.  Kien għalhekk li fl-2012 twieldet il-kampanja ‘NowWeMOVE’, bil-għan li 100 miljun persuna tkun fiżikament attiva sal-2020.

Kull min żar il-Parlament Malti llum u kellu jitla’ jew jinżel sular jew tnejn, ikkontribwixxa ftit. Dan għaliex ġiet irrispettata l-inizjattiva ‘No Elevator Day’ bħala parti mill-kampanja.  Kull min jista’ ma jużax il-lift, kellu juża t-taraġ.

Aqra aktar

Xufier sospiż wara inċident b’tal-linja

Xufier ta’ karozza tal-linja ġie sospiż sakemm isiru l-investigazzjonijiet interni minn Malta Public Transport, wara li karozza tal-linja kienet involuta f’inċident f’Birzebbugia.

Minkejja l-ħsara konsiderevoli li saret, ħadd ma weġġa fl-inċident.

Aqra aktar

14 arrestati fuq droga

Erbatax-il persuna kienu arrestati mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti mir-Rapid Intervention Unit, fil-jiem li għaddew wara li nstabu fil-pussess ta’ dawk li huma maħsuba li huma eroina, kokaina, ecstasy u kannabis.

Is-suspettati, kollha rġiel, għandhom bejn it-tmintax u l-erbgħin sena u kienu arrestati waqt sensiela ta’ tfittxijiet f’numru ta’ lokalitajiet, fosthom Saint Andrew’s, Paceville, Ħal Tarxien u ż-Żejtun, kif ukoll Għajnsielem, ix-Xewkija u s-Sannat.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: Qrib Simon u l-PN fil-leaks tal-ICIJ

Fil-leaks tal-ICIJ jissemmew ukoll persuni li għandhom rabtiet kbar fil-Partit Nazzjonalista.

Fost dawk li jidhru fit-tagħrif tal-Konsorzju ta’ Ġurnalisti Internazzjonali (ICIJ) hemm ċertu Boris Xerri: eks teżorier tal-Partit Nazzjonalista u ras kbira fl-uffiċċju elettorali tal-istess partit. Tant li jidher ħafna drabi fil-counting hall u jkun fuq quddiem anke meta jkun hemm xi elezzjoni interna fil-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Send this to a friend