Lokali – Page 3056 – One News

Notifiki

20% tal-persuni li jaħdmu jkunu għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali

Fl-2015, madwar 2000 persuna kellhom bżonn jidħlu l-isptar minħabba problemi serji ta’ saħħa mentali, fil-maġġor parti għal perjodu ta’ mhux aktar minn 15-il ġurnata. Ħafna minnhom fittxew l-għajnuna jew qablu li jidħlu l-isptar.

Minkejja dan, 400 persuna iddaħħlu kontra l-volonta` tagħhom minħabba s-severita’ tal-kundizzjoni tagħhom. Dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-ħafna oħrajn li jsofru fil-kwiet mingħajr ma jfittxu l-għajnuna. Dawn mhumiex numri imma persuni, familji u individwi li jistgħu jkunu qrib tagħna.
Aqra aktar

Mingħajr kif, kemm u meta

Kif, kemm u meta?

Kienu dawn il-mistoqsijiet li ma kienx kapaċi jwieġeb għal iktar minn darba l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha preżenta dokument ta’ qabel il-baġit tal-Partit Nazzjonalista.

Dokument li reġa’ kkonferma kif fil-mira tal-Partit Nazzjonalista hemm ħaddiema fis-settur pubbliku li qed jarahom żejda.

Filwaqt li l-prinċipju huwa ċar, De Marco qagħad lura milli jagħti dettalji. Fil-fatt, anke meta mistoqsi dwar liema huma s-serivvi pubbliċi li jrid jipprivatizza, ma provda ebda tweġiba.

Aqra aktar

L-Uffiċċju Elettorali jiddepożita 1,192 dokument fl-Arkivji Nazzjonali

Il-kollezzjoni ta’ files ġenerali tal-Uffiċċju Elettorali bejn l-1944 u l-1964 ġiet depożitata ġewwa l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta dalgħodu.

Il-Kummissarju Elettorali Ewlieni Joe Church għadda l-1,192 file li jiġbru l-ħidma tal-Uffiċċju Elettorali matul dawn l-20 sena lill-Arkivji Nazzjonali sabiex dawn ikunu mħarsa u jiġu miftuħa għar-riċerkaturi akkademiċi u għall-pubbliku inġenerali.

Huwa spjega kif il-perjodu bejn l-aħħar Gwerra u l-Indipendenza kien wieħed partikulari fl-iżvilupp politiku tal-istat Malti.

Aqra aktar

Minn nhar it-Tnejn, jerġa’ jiltaqa’ l-Parlament – x’hemm fl-aġenda?

Meta jerġa’ jiltaqa’ l-Parlament nhar it-Tnejn wara l-vaganzi tas-sajf, il-membri se jintalbu japprovaw l-ewwel qari ta’ xejn inqas minn tmien abbozzi ta’ liġi ġodda u mozzjoni dwar il-Pensjonijiet tal-Membri tal-Ġudikatura.

Ħamsa mill-Abbozzi ta’ Liġi l-ġodda jemendaw il-liġijiet eżisteni dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess; l-Kodiċi Kriminali; r-Reġistrazzjoni ta’ Inġenji tal-Ajru; il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali; u l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta. Abbozz ieħor huwa mressaq mill-Oppożizzjoni u jitlob li jemenda l-Kodiċi Krininali.

Aqra aktar

Iż-żjara tal-ewwel viċi president tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta

L-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans, responsabbli fost oħrajn għar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali, żar il-Parlament ta’ Malta fejn kellu laqgħat dwar il-preparazzjonijiet għall-konferenzi interparlamentari li ser jiġu organizzati matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Fl-ewwel laqgħa is-Sur Timmermans iltaqa’ mad-Deputat Speaker, Ċensu Galea, fejn flimkien iddiskutew it-temi prinċipali tal-konferenzi li ser jorganizza l-Parlament Malta fl-ewwel sitt xhur tal-2017. Iż-żewġ naħat qablu li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem aktar sabiex tistabbilixxi politika komuni dwar l-ażil u dwar kif Malta jista’ jkollha rwol importanti sabiex dan ikun jista’ jseħħ.

Aqra aktar

Turisti ifittxu aktar akkomodazzjonijiet privati

Minkejja ż-żieda sostanzjali fl-ammont ta’ turisti li qed iżuru Malta, is-settur tal-lukandi baqa’ bl-istess riżultati t’ammont ta’ ljieli li jqattgħu f’pajjiżna.

Dan skont l-aħħar studju dwar is-suġġett mill-kumpanija Deloitte, fejn ħareġ biċ-ċar li turisti qed ifittxu iżjed akkomodazzjoni privata.

Aqra aktar

“Se niġġieldu kontra l-ġgant Gulija!”

Qabel il-logħba tant mistennija għada bejn Malta u l-Ingilterra, morna l-Belt Valletta u staqsejna lil min sibna ma min se jżommu u x’jaħsbu mil-logħba.

Kien f’San Pietruburgu li telgħu l-poloz tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018. F’Malta se jsiru żewġ logħbiet, waħda għada u oħra fl-ewwel jum ta’ Settembru tas-sena d-dieħla. Malta u l-Ingilterra telgħu fi Grupp F flimkien mal-Isklovakkja, l-Iskozja, l-Islovenja u l-Litwanja.

Kif mistenni dawk li tkellimna magħhom kienu konxji li se nissieltu kontra ġganti, iżda lkoll qalu li se jżommu ma’ Malta.

Aqra aktar

“Simon Busuttil bitter u politikament iddisprat”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jitlifx okkażjoni waħda biex ikun distruttiv fuq pajjiżna.

Fi stqarrija l-Partit Laburista li llum Simon Busuttil irnexxilu jkun l-unika vuċi negattiva waqt il-konferenza tal-EY li kkonfermat kif l-investituri barranin f’pajjiżna jaraw lil Malta attraenti u tant għandhom fiduċja li jemmnu li 10 snin oħra se jkunu għadhom joperaw hawn.

Aqra aktar

Settembru inqas umduż, sajf inqas kiefer

Jgħidu li Settembru huwa x-xahar li l-aktar jaqtalek nifsek. Mhux biss għax tibda l-iskola u jiżdied il-ġenn li ġġib miegħu, iżda ukoll għax it-temp ikun umduż u rih isfel. Dan skont ċifri maħruġa mill-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Iżda Settembru li għadda kien inqas umduż minn norma, b’umdità medja tlaħħaq it-73% u mhux il-75% li normalment tkun.

Aqra aktar

Send this to a friend