Lokali – Page 3006 – One News

Notifiki

Proġett ta’ fejda f’San Blas

Ftit tal-ħin ilu ġewwa San Blas infetaħ gym ġdid. Gym li se jservi ta’ żvog biex anki jżomm fit-triq it-tajba lir-residenti li qegħdin fuq programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. Id-dettalji fis-servizz. Aqra aktar

Aktar minn elf sejħa għas-servizz ta’ ambulanza minn Raħal Ġdid

Fl-ewwel sitt xhur minn mindu bdiet topera mill-ġdid l-ambulanza miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid, f’Marzu li għadda, din l-ambulanza rċeviet 1,095 sejħa.

L-ambulanza f’Raħal Ġdid qed tkopri 21 belt u raħal fin-naħa t’isfel ta’ Malta fosthom il-Kottonera, Raħal Ġdid, Santa Luċija, Birżebbuġa u x-Xgħajra.
Aqra aktar

Midalja għal servizz twil u effiċjenti lil 64 membru u eks membru tal-Pulizija

“Qegħdin inħarsu b’impenn lejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Pulizija u diversi titjib ġie u qed jiġi implimentat”. Dan intqal mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela waqt ċerimonja li fiha 64 membru u eks membru tal-Pulizija ġew dekorati bil-midalja għal servizz twil u effiċjenti.

Fl-intervent tiegħu l-Ministru elenka l-investiment li qed isir għal bini ta’ korp modern li joffri kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa, dan permezz ta’ opportunitajiet ġodda fl-avvanz tal-karriera, tisħiħ kontinwu fir-riżorsi umani, taħriġ ta’ kwalità fil-ħiliet, u xiri ta’ tagħmir għal qadi aħjar ta’ dmijirithom. Għamel referenza wkoll lejn drittijiet ġodda li ngħataw li jinkludu d-dritt ta’ rappreżentanza, tnaqqis fit-taxxa f’ xogħol extra duty, u titjib fuq ħinijiet ta’ shifts.

Aqra aktar

31% bla ċertifikati, 87% ikomplu jistudjaw

31% spiċċaw l-iskola sekondarja fl-2014 mingħajr ebda ċertifikazzjoni f’idejhom.

Din l-istatistika ħarġet minn studju li analizza x’sar miz-zgħazagħ li spiċċaw l-iskola sekondarja fl-2014. Statistika li fi kliem l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo hija inkwetanti ferm.

L-istudju sar fi Frar 2015, fost 93% taż-żgħażagħ  li temmew l-iskola sekondarja fl-2014. 7%  ma ġewx iddentifikati. Probabilment dawn mhux qiegħdin jistudjaw jew jaħdmu, jew inkella qegħdin jaħdmu mingħajr impjieg.

Aqra aktar

“Irrenja s-sens komun” – Partit Laburista

Il-Partit Laburista nnota bi pjaċir li l-Kapijiet tal-Gvern tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea qablu unanimanet fuq in-nominazzjoni ta’ Malta, Leo Brincat, biex iservi fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara li ttieħdet id-deċiżjoni llum.

“Permezz ta’ din id-deċiżjoni li ttieħdet irrenja s-sens komun wara li ħareġ bl-aktar mod ċar u inekwivoku li Leo Brincat mhux biss huwa persuna kompetenti, iżda aktar minn hekk li l-integrità tiegħu qatt ma tpoġġiet f’dubbju minn kull għarbiel li għadda minnu sakemm waslet l-approvazzjoni tiegħu llum” żied jgħid il-Partit.

 Kompla jgħid: “tikkuntrasta ma’ din id-deċiżjoni hemm il-pożizzjoni, li ħadd ma jista’ jifhem tal-Kap tal-Oppożizzjoni sforz il-pressjoni li huwa mdawwar biha, li għas-skapitu tagħha prova jagħmel ħsara lill-pajjiż kollu”.

L-ewwel kummenti ta’ Leo Brincat

“Opportunità, sfida u nostalġija”

Dwar dawn tkellem magħna Leo Brincat, ftit tal-ħin biss wara li kien approvat mill-Kunsill tal-Ministri biex sar membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Qal li jittama u jawgura li l-esperjenzi ta’ dawn l-aħħar 34 sena jpoġġihom fil-prattika.

Aqra aktar

L-ewwel jisplodu l-mobiles, issa l-magni tal-ħasil!

AĠĠORNATA: Ninsabu informati li dawn il-każijiet b’ebda mod ma laqtu konsumaturi Maltin u li l-prodotti fis-suq Malti huwa siguri. 

Wara l-mobiles, issa l-magni tal-ħasil. Id-ditta Samsung tinsab f’diskussjonijiet ma’ dawk li jħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi fl-Istati Uniti, wara li nfetħet kawża dwar magni tal-ħasil li splodew.

Dan wara li mobiles tal-mudell Note 7 kienu qed jisplodulhom il-batteriji.

Issa l-Kummissjoni għas-Sigurtà tal-Prodotti tal-Konsumaturi qed twissi bi problemi f’magni tal-ħasil tad-ditta Samsung. Il-kumpanija qed tavża lill-konsumaturi b’mudelli li jistgħu jkunu affetwati biex jużaw l-aktar ċiklu bl-inqas veloċità possibbli meta jaħslu l-ħwejjeġ.

Aqra aktar

Imniedi Pink October

Il-kampanja nazzjonali Pink October se tkun organizzata għat-tielet sena konsekuttiva bil-ħsieb li jinġabru l-fondi u tiżdied il-kuxjenza fuq il-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider, ir-riċerka u l-apparat tekniku għat-titjib tal-kscreen-shot-2016-09-29-at-14-34-12walità tal-ħajja tal-pazjenti milquta bil-kanċer.

L-għan ta’ Pink October huwa li jinġabru €90,000 minn kumpaniji, donazzjonijiet privati u minn attivitajiet li se jittellgħu matul ix-xahar t’ Ottubru. Il-fondi se jintużaw biex tinxtara magna Faxitron Biovision, li tkompli ttejjeb il-preċiżjoni dijanjostika u l-effettivita tal-kirurġija tas-sider u ta’ tipi oħra ta’ kanċer.

Id-dettalji tal-attivitajiet tal-kampanja ppjanati għall-edizzjoni ta’ Pink October 2016 tħabbru mill-President tal-Fondazzjoni Marigold Michelle Muscat u mid-Direttur tal-kumpanija JPA Adrian Fabri.

It-tnedija uffiċjali saret fl-uffiċju ċentrali ta’ GlobalCapital, li hija s-sussidjarja ewlenija tal-kampanja, fil-preżenza tal-għaqdiet mhux governattivi lokali Europa Donna Malta u l-Fondazzjoni Action for Breast Cancer.

Aqra aktar

Send this to a friend