Lokali | One News - Part 2992

Notifiki

Kif se jqattgħu Jum l-Omm?

Marie Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta

Jum l-Omm inqattgħu mal-familja wara li nattendu Quddiesa li ta’ kull sena tiġi organizzata fil-Palazz ta’ Sant’ Anton fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.

Aqra aktar

Messaġġ mingħand l-omm fit-toroq

M’hemmx dubju li wieħed mill-mumenti fejn ommijiet jibdew jitħassbu dwar uliedhom huwa meta jiksbu l-liċenzja tas-sewqan jew idumu barra sa tard bil-lejl u jkunu jridu jsuqu lura lejn id-dar. Għalhekk huwa floku ħafna l-messaġġ li telgħu Transport Malta fit-toroq Maltin lejliet Jum l-Omm u li ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna. Messaġġ sempliċi li jgħid: “Attent kif issuq, ommok xxx” Agħmel share tal-artiklu ħa nwasslu l-messaġġ.

Ma jemminx li Simon Busuttil appoġjah

L-avukat Toni Abela ma jemminx li Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista appoġġjaw il-kandidatura tiegħu għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Skont rapport fis-sit Illum Abela ddikjara dan f’intervista li se tkun ippubblikata għada. “Li jindika li Simon kien wara dan kollu dakinhar meta ħareġ ir-riżultat tiegħi ma ġejtx aċċettat.

Ipprova jagħti l-impressjoni li l-Partit Nazzjonalista mhux se jfixkel, meta ħarġet l-aħbar li jien ma ġejtx aċċettat kieku kien qed jappoġġja l-kandidatura tiegħu mhux kien jinfexx f’tgħajjir kontra il-Prim Ministru, għax m’għażilx il-kandidat tiegħu. Kieku appoġjak jiddispjaċih,” qal l-avukat Abela.

Aqra aktar

Sliema finalisti tal-FA Trophy

L-ewwel finalisti tal-FA Trophy huma Sliema Wanderers meta għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa skorjah Denni Rocha Dos Santos. Għal ħafna r-rebħa ta’ Sliema hija meqjusa bħala sorpriża anke għaliex Birkirkara kellhom staġun aħjar.

Aqra aktar

Ira qed tħossha iktar hi – segwi l-intervista

Ira Losco illum wara nofsinhar kompliet bl-impenji tagħha, din id-darba fiċ-ċentru ta’ Stokkolma fejn kantat il-kanzunetta ‘Walk On Water’ f’dak imsejjaħ bħala l-villaġġ tal-Eurovision. Eżatt wara ltaqgħet ma’ għexirien ta’ ammiraturi tagħha.

F’kummenti li tat lil one.com.mt hija sostniet li t-tibdil li sar fit-tieni prova tal-bieraħ filgħaxija kien neċessarju biex toħroġ iżjed il-personalita’ tagħha. Losco irringrazzjat lil poplu Malti tal-appoġġ li qed itiha sabiex hi tagħti l-aħjar tagħha fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest.

Aqra aktar

Jimita lil Ira

Ir-rappreżentant ta’ Iżrael fil-Eurovision Song Contest, Hovi Star, kien fil-burdata li jimita lill-Ira Losco. Aħna nippreferu lill-Ira oriġinali. U int?

Aqra aktar

Telefonati li ma swew xejn

It-telefonati mid-Dar Ċentrali ma swew xejn. L-aptit għat-tielet protesta fuq l-istess suġġett ma kienx hemm u l-attenda tas-Sibt filgħodu uriet. Anke għax illum il-każ huwa magħluq bil-passi li ħa l-Prim Ministru. Intant, Michael Briguglio ma ddejjaq xejn li kien hemm sforz b’telefonati mid-Dar Ċentrali biex persuni jattendu l-protesta tas-Sibt filgħodu organizzata mis-“soċjeta ċivili.”

Aqra aktar

ONE Tribute fuq ONE HD

Wara ġimgħa ta’ xandir bi prova, illejla fuq OND HD se tkun qed tixxandar l-ewwel produzzjoni Full HD. Fil-fatt ONE se jkun qed ixandar l-avveniment ONE TRIBUTE li sar ftit tal-jiem ilu fit-Teatru Manoel biex b’hekk inkunu tlaqna uffiċjalment bi trażmissjoni HD fuq channel 113 tal-GO Interactive TV.

Aqra aktar

“Tant issir tħobbhom li diffiċli tispjegaha”

Taħdem m’anzjani fl-isptar Monte Carmeli b’mard terminali.

Impjieg li nemmen li jrid ikollok kuraġġ ta’ sur biex tagħmlu. Bilkemm irrid nemmen li Doreen Calleja ilha tagħmel dan ix-xogħol għal għaxar snin. Żagħżugħa, titbissem u titkellem b’kalma u entużjażmu.

Magħna taqsam l-isfidi u s-sodisfazzjon tal-professjoni tagħha, hekk kif bejn is-sitta u t-tnax ta’ Mejju d-dinja tfakkar ħidmet l-infermiera.

Aqra aktar

Renzi jagħmilha ta’ gwida għal Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u d-delegazzjoni tiegħu fl-Italja ilbieraħ kellhom esperjenza pjuttost unika f’ Firenze meta l-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi għamilha ta’ gwida u dawwarhom mal-Palazzo Vecchio, wieħed mill-isbaħ binjiet f’ Firenze u s-sede tal-Gvern lokali.

Renzi, li kien sindku ta’ Firenze, ħa pjaċir idawwar lil mistiedna tiegħu minn Malta u minn Franza mas-swali fejn wieħed jista’ jara xogħlijiet ta’ Michelangelo u Vasari.

Aqra aktar

Send this to a friend