Lokali – Page 2870 – One News

Notifiki

Iżommu bogħod minn Fenech Adami

  • Kunsillieri tal-PN jitkellmu kif ma kellhomx x’jaqsmu

Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista qed isostnu li huma ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-aġir tal-eks Sindku Michael Fenech Adami, li ftit tal-jiem ilu nstab ħati mill-Bord ta’ Gvernanza Lokali li kiser b’mod sfaċċat il-liġijiet tal-Kunsilli Lokali.

Saħansitra dan il-messaġġ twassal lit-tmexxija tal-Partit wara li din qabżet għalih, b’oħrajn jilmentaw ma’ deputati tad-distrett għaliex konxji li b’Beppe Fenech Adami Viċi-Kap, Michael Fenech Adami jista’ jagħmel li jrid.Aqra aktar

Kowċ Malti jwassal tim Awstraljan għar-rebħ

Il-ps4 National Premier League ta’ West Australia  intrebaħ minn Perth SC f’dan tmiem il-ġimgħa.

Fl-aħħar logħba tan it-tim rebaħ lil Sorrento FC, bl-iskor ta’ 1-0.  L-uniku gowl tal-logħba kien skorjat mill-captain Daryl Platten.

Dan kien league iehor f’art imbegħda li mhux normalment isib postu fl-aħbarijiet lokali Maltin, li kieku ma kienx għall-kowċ ta’ Perth SC, li huwa l-Malti Ramon Falzon.

Falzon, li ilu l-Awstralja għal dawn l-aħħar seba’ snin, ingħaqad ma’ Perth SC dan l-istaġun wara sentejn ma’ Balcatta FC.  Hu ngħaqad ma’ Perth SC bħala assistent ta’ Gareth Naven, li fil-bidu ta’ Ġunju kien offrut il-post ta’ kowċ ta’ Melbourne Victory.

Aqra aktar

Int tuża Facebook biex tiddeċiedi x’se tixtri?

Kumpanija privata f’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta wettqet stħarriġ dwar l-użu tal-media soċjali u kif dan jaffetwa l-mod li bih konsumaturi jiddeċiedu x’se jixtru.

Dan jgħin negozji Maltin jifhmu aħjar dwar kif jippreżentaw il-prodott tagħhom.

Jirriżulta li minn kull erbgħa minuti online, minuta minnhom tkun dedikata għal networking soċjali. 99% tal-Maltin jaċċessaw social media (bħal Facebook u Twitter) kuljum, u 56% aktarx jixtru ditti li jkunu segwew fuq dawn il-mezzi. 67% jirreferu għas-social media b’mod regolari biex jiġrbu informazzjoni dwar prodotti jew servizzi, qabel jixtru xi ħaġa.

 

 

 

“Kapitlu magħluq” iż-żieda fil-‘leave’ għall-Kamra tal-Kummerċ

Il-Kamra tal-Kummerċ tikkonsidra ‘kapitlu magħluq’ iż-żieda fil-leave bħala kumpens għal meta festa pubblika tinzerta fi tmiem-il ġimgħa.

Fi stqarrija qalet li mhux tajjeb li wieħed iqanqal kwistjonijiet mill-passat, li ilhom konklużi aktar minn għaxar snin.

L-introduzzjoni tal-kumpens fil-leave taffettwa b’mod dirett il-produttività fil-pajjiż, temmen il-Kamra tal-Kummerċ, u dan jaffettwa l-kompetittività.

Aqra aktar

PERSUNA OĦRA MTAJJRA f’inqas minn 12-il siegħa

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li safa’ imtajjar minn karozza fi Vjal Santa Luċija, f’Raħal Ġdid, ħdejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata.

Kien fis-07:10 meta żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Birkirkara li kien qed isuq Mazda tajjar lir-raġel, li għadu mhux identifikat. Huwa jinsab l-Isptar Mater Dei fejn qed jingħata kura għall-ġrieħi li sofra. Fl-inħawi kien hemm traffiku qawwi li jibqa’ sejjer sal-Fgura.

Ilbieraħ filgħaxija ittajjar żagħżugħ ta’ 22 sena minn Tas-Sliema, fi Triq l-Industriji, f’Ħal Kirkop.

Aqra aktar

Il-Qorti għax iridu aċċess għal Manoel Island

Ir-resident tal-Gżira ilhom għal dawn l-aħħar sittax-il sena mċaħħda minn Manoel Island u l-baħar tal-madwar, minħabba xogħlijiet li suppost qed isiru fiż-żona, iżda li s’issa għadu kollox wieqaf. Għalhekk, il-Kunsill Lokali daħħal protest ġudizjarju quddiem il-qrati. One News tkellem mas-Sindku tal-lokalità, li fissrilna eżatt x’inhi l-problema.

Aqra aktar

L-Awtorità tal-Ippjanar tistudja Paceville

L-Awtorita tal-ipjannar qed tħejji studju biex Paċeville jinbidel f’żona iktar organizzata u jkun hemm spazji pubbliċi u miftuħa. Qed jiġi analizzat ukoll kif jista’ jsir xogħol ta’ tisbieħ u tinbidel l-infrastruttura li ma tantx tagħmel ġieħ lill-Paceville, żona frekwentata minn eluf ta’ turisti.
Aqra aktar

Żewġ battalji fi grawnd wieħed

Nhar il-Ħadd li ġej it-tim nazzjonali Malti tal-futbol se jkun qed jilgħab kontra l-Iskozja. Logħba kemxejn differenti minn oħrajn għaliex eluf ta’ Skoċċiżi mistennija jiġu Malta. Naraw kif qed iħejju tas-South End Core għall-battalja fost il-partitarji.

Aqra aktar

Send this to a friend