Lokali | One News - Part 2842

Notifiki

Simon Busuttil ma jistax jitwemmen – Partit Laburista

Il-Partit Laburtista qali huwa tassew inkreddibli kif il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu l-wiċċ li jitkellem fuq is-settur tal-enerġija, l-istess settur li għalih kellu aċċess għal pjan ippreżentat lill-Gvern Nazzjonalista u li konxjament warrab biex jibqa’ għaddej bl-aktar fjuwil li jħammeġ minflok il-qalba għall-gass. Dan kollu filwaqt li kien għaddej l-ikbar skandlu politiku, dak tal-commissions fuq ix-xiri taż-żejt.

Aqra aktar

Paula ddejqet

Ix-shadow minister Paula Mifsud Bonnici qalet li ddejqet bil-mistoqsijiet dwar l-iskandlu tal-Viċi-Kap Nazzjonalista, Mario De Marco. Dan meta l-ġurnalista Nicole Buttigieg staqsiet jekk hi ratx l-irċevuti li l-Kap Nazzjonalista qal li De Marco ppubblika. It-tweġibda ta’ Mifsud Bonnici hija waħda minn sensiela li se jixxandru llejla f’ONE NEWS u ntukom garanzija li din mhix l-iktar tweġiba kkulurita.

Aqra aktar

Serb instab mejjet f’appartament f’Tas-Sliema

Serb ta’ 45 sena nstab mejjet fl-appartament tiegħu f’Tas-Sliema.

Kelliema għall-Pulizija qaltilna li sħab il-vittma għamlu r-rapport lill-Pulizija hekk kif ma marx ix-xogħol mingħajr ma ta spjegazzjoni.

Il-Pulizija sgassaw il-bieb tal-appartament li jinsab fi Triq in-Nazzarenu u sabu l-katavru tar-raġel. Infetħet inkjesta maġisterjali biex jiġi stabbilit x’wassal għall-mewt ta’ dan ir-raġel.Aqra aktar

Kundanna mill-Kummissarju għat-Tfal

Artiklu f’gazzetta lokali bit-titlu, “Charity dinner for Malta’s abandoned children”  jew ‘Ikla b’risq it-tfal abbandunati ta’ Malta’ ġab il-kundanna tal-Kummissarju għat-Tfal. Intqal li t-timbru lil tfal bħala “fqar u abbandunati” u li għandhom bżonn il-karità, hija ta’ ħsara. Żiedet li dan jista’  jikkawża ħsara fit-tfal bi stima baxxa tagħhom infushom u jkattru l-istigma soċjali. 

“Tfal bħal dawn ikunu wkoll aktar suxxettibbli għall-ibbuljar emozzjonali,” qalet il-Kummissarju Pauline Miceli.

“Lit-tfal għandna nagħtuhom il-post biex jagħmlu ħilithom sabiex jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u mhux inħarsu lejhom daqslikieku huma persuni inferjuri,” żiedet tgħid.

Aqra aktar

Ma lestewx il-kors? Mhux problema, taħt il-PN jilħqu xorta

Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela kien mistoqsi jgħid jekk bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u Marzu tal-2013 ġewx promossi uffiċjali fir-ranks ta’ Lieutenant Colonel u ta’ Colonel fil-Forzi Armati ta’ Malta mingħajr ma kellhom xi Staff Course barra l-pajjiż.
Irriżulta li fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, żewġ uffiċjali ma lestewx il-Formation course b’suċċess – wieħed għal darbtejn fuq raġuni medika, u l-ieħor fuq każ ta’ dixxiplina.
Iż-żewġ Uffiċjali msemmija baqgħu telgħin sat-tieni l-ogħla grad fl-Armata – Kurunell – u ħadd minnhom ma kien ġie mitlub jirrifondi xi spejjeż relatati mal-kors li ma temmewx.
Mill-20 Uffiċjal li ġew promossi għall-grad ta’ Logutenent Kurunell fil-Forzi Armati ta’ Malta, 15 ma kellhomx Staff Course barra l-pajjiż meta ġew promossi.

U mis-7 Uffiċjali li ġew promossi għall-grad ta’ Kurunell, ħamsa ma kellhomx Staff Course barra l-pajjiż meta ġew promossi.

Sajf kmieni fl-ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ 415,409 passiġġier f’April, li jfisser żieda ta’ 5.7% fuq is-sena ta’ qabel.

Din iż-żieda bdiet il-perjodu tas-sajf fuq nota tassew pożittiva. Iċ-ċifra rreġistrata għal April hija kumparabbli man-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport f’Awwissu 2011 (427,575 passiġġier), li kien l-aqwa xahar għal dik is-sena.

Aqra aktar

Malta l-ewwel – lejn arja aktar nadifa

Malta kellha l-ikbar tnaqqis fid-diossidu tal-karbonju fl-Unjoni Ewropea. Ċifri tal-Eurostat jikkonfermaw li Malta naqqset dawn l-emmissjonijiet bi 26.9% fl-2015, meta mqabbel ma’ sena qabel.

Madwar il-pajjiżi kollha Ewropej, l-emmissjonijiet żdiedu b’0.7%.

Ħadna l-ewwel reazzjonijiet.

Konrad Mizzi | Ministru

Wara 25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista u ta’ wegħdiet li l-Marsa Power Station  tingħalaq, dan il-Gvern għamel l-investimenti neċessarji biex isaħħaħ l-infrastuttura ġewwa Dellimara u biex il-Marsa Power Station setgħet intfiet fuq cold standby. Dan wassal għal tnaqqis kbir fl-emissjonijiet li flimkien mal-użu ta’ enerġija rinovabbli għen biex ikollna dan ir-riżultat tant sabiħ. Fix xhur li ġejjin, ladarba jkun hemm il-qalba għall-gas, inżarmaw il-Marsa Power Station darba għal dejjem u nneħħu ċ- ċumnija ta’ Delimara – dan se jwassal għal aktar tnaqqis fl-emmissjonijiet.

Jose Herrea | Ministru

Ir-riżultati juru l-impenn tal-Gvern li jtejjeb l-ambjent u l-legat li jrid iħalli f’dan il-qasam. Huma riżultati ta’ dan it-tip li primarjament ifissru kwalità t’arja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin kollha. Il-politika tagħna hija bbażata fuq energija aktar nafida u huwa bis-saħħa ta’ din l-enerġija li pajjiżna jista’ jkompli jivesti f’arja aktar nadifa għall-pajjiż kollu.

Screen Shot 2016-05-03 at 12.50.38

 

Din in-naħa jew dik in-naħa?

Għall-ewwel darba f’Malta, Transport Malta qed tintroduċi sistema ta’ tidal lane. L-ewwel miżuri ta’ dan it-tip qed jittieħdu fi Vjal Paul Boffa, Raħal Ġdid.

Taf x’inhi tidal lane, fejn trid issuq u meta? Jekk le ara dan il-filmat.

“Malta: investiment b’saħħtu” – il-KE

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet it-tbassir għar-Rebbiegħa u fih qalet li Malta għandha “investiment b’saħħtu.” F’rapport ieħor mill-iktar pożittiv, il-Kummissjoni Ewropea qalet li “wara tkabbir ekonomiku b’saħħtu iktar milli mistenni fl-2015, it-tkabbir mistenni jimmodera iżda se jibqa’ robust fl-2016 u l-2017.”

Aqra aktar

Send this to a friend