Lokali | One News - Part 2773

Notifiki

Jassistu f’inċidenti fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta

Daħal fit-tieni xahar tiegħu l-proġett pilota tal-Malta Red Cross bl-isem “Community First Responder”.

Proġett li fl-iqsar ħin possibbli, qed jagħti l-assistenza f’każi t’emerġenza fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.

Dan il-proġett kien possibbli grazzi għal madwar €25,000 f’fondi mill-iskema għal proġetti t’organizzazzjonijiet volontarji, biex investew f’vettura ġdida li qed twassalhom fil-post tal-inċident.Aqra aktar

Titwaqqaf il-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Ħsejjes

Il-Ministru Għall-Ambjent, l-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima José Herrera ħabbar it-twaqqif tal-Kummissjoni Għall-Kontroll tal-Ħsejjers.

Kummissjoni bil-għan ewlieni li tidentifika żoni suġġetti għall-ħsejjes u storbju eċċessiv, waqt li toħroġ bi proposti adegwati fl-aqwa interess tal-komunitajiet affettwati.

It-twaqqif tal-Kummissjoni jsegwi rapport tal-Aġenzija Ewropea Għall-Ambjent, li f’Ġunju li għadda sab lil Malta bħala l-iktar pajjiż storbjuż fl-Unjoni Ewropea. Dan l-aktar għaliex pajjiżna huwa ukoll l-aktar wieħed ċkejken, bl-akbar ammont ta’ nies jgħixu fih meta mqabbel mal-art abitabbli.Aqra aktar

4,000 siringa mill-Ħamrun sal-Marsa

Madwar 4,000 siringa nġabru minn ħaddiema tad-Direttorat tat-Tindif f’żona li tieħu mill-Ħamrun għal Triq Diċembru 13. Kien wara rapporti li waslu għand il-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura li ttieħdet l-azzjoni mmedjata. Biex hekk kien evitat periklu serju għal min jgħaddi mill-post.

Aqra aktar

Siekta dwar ħaddiema “vittmi” ta’ Toni Bezzina

Id-dinjità tal-ħaddiema li Toni Bezzina bagħat jaħdmu f’każin Nazzjonalista u wara kellhom jieħdu ġurament falz tidher mhijiex daqstant importanti għal dawk li fil-PN jirrappreżentaw is-solidarjetà bejn il-ħaddiema. Staqsejna dwar hekk u ma lissnux imqar kelma waħda kif tista’ ssegwi fil-filmat.  Aqra aktar

Tifkira b’aħbar tajba għall-baħħara

Operation Pedestal. Jew kif magħrufa minn bosta, il-wasla tal-konvoj ta’ Santa Marija. Dik il-wasla providenzjali li tat il-ħajja lil Malta li kienet f’xifer li ċċedi f’idejn l-qawwa tal-Assi fl-aħħar gwerra dinija.Aqra aktar

Il-ġmiel tal-baċir li se jsir universitá

Ix-xogħol infrastrutturali ta’ restawr fuq l-American University of Malta f’Bormla qabad pass tajjeb hekk kif tlesta nofs ix-xogħol fuq il-ġebla tan-naħa ta’ barra.

Issa li li l-proġett beda jieħu l-ewwel dehra tiegħu, ONE News niżel fit-toroq ta’ Bormla biex jitkellem dwar l-aspettativi li qed jiżdiedu fost in-nies tal-Kottonera,  inklużi magħhom l-entitajiet kummerċjali.

Aqra aktar

Iżarmaw il-Birgu f’erba’ sigħat

Għal ħafna dilletanti tal-festi, l-għada tkun waħda ta’ mistrieħ u xalata.

Fil-Birgu l-istorja hija differenti. Dan għaliex l-armar u d-drapp tal-festa jgħeb mit-toroq wara ħames sigħat li San Lawrenz ikun daħal fil-knisja.
Aqra aktar

‘Cat lady’ b’qalb tad-deheb

Probabbli mhux l-ewwel darba li kotn miexi fit-triq u rajt xi ferħ ta’ qattus, probabbilment abbandunat. Huwa probabbli ukoll li dan l-istess ferħ spiċċa għand Miriam Spiteri,ħaddiema tal- Animal Welfare, li kompliet tagħti l-għajnuna u l-imħabba lejn il-qtates saħansitra barra mill-ħin u l-post tax-xogħol.

Aqra aktar

Send this to a friend