Lokali | One News - Part 2695

Notifiki

Dinghy ġdid għat-tindif f’żoni ta’ għawm

Id-Direttorart għat-Tindif investa f’dinghy biex nibdew innaddfu dawn iż-żoni aħna stess u b’hekk se nkunu qed innaqqsu l-iskart minn fuq il-bajjiet tagħna.

Id-dinghy se jintuża wkoll għal ġbir ta’ annimali mejta fil-baħar – xi ħaġa li hi komuni ħafna fix-xhur tas-sajf.Aqra aktar

David Casa b’vot li jhedded lil Malta wkoll

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa, kien l-uniku membru tal-Parlament Ewropew Malti li vvota favur rapport dwar it-taxxa, li jekk il-ħsibijiet fih ikunu attwati nkunu morna pass eqreb lejn l-armoninazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa.

Aqra aktar

Andrew Mangion kien iddisprat qabel sparixxa

Andrew Mangion ta’ 40 sena, suspettat ewlieni tal-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker, stqarr ma’ xi ħadd li jiġi minnu li kien qatilha.

Dalgħodu t-Times tikkonferma dak li dan is-sit kien irrapporta – li Andrew Mangion allegatament fittex l-għajnuna ta’ xi ħadd viċin tiegħu wara l-qtil.

Aqra aktar

Il-ħobż ma’ sider l-irġiel ukoll!

Fi stqarrija l-kumpanija Maypole kjarifikat il-pożizzjoni tagħha dwar ir-riklam li jġib mara għarwiena b’ħobża mħaddna ma’ sidirha. 

Qalet li l-kampanja tal-marketing għat-tip ta’ ħobż bl-isem LIV tnediet f’Malta s-sena li għaddiet bħala parti minn kampanja internazzjonali, oriġinarjmanet maħsuba mill-grupp Zeelandia. Dan il-grupp jipprovdi l-ingredjenti neċessarji biex isir ħobż li jnaqqas il-kolesterol.

Saħansitra ġġib riklam b’raġel fl-istess pożizzjoni tal-mara li dehret stampata fuq vann li qajjem diskussjoni sħiħa fuq l-internet. Dan ir-ritratt huwa stampat fuq in-naħa l-oħra tal-vann tal-Maypole li spiċċa sar viral fuq l-internet.

Aqra aktar

L-Awditur Ġenerali: “Interventi mhux ġustifikati” minn Chris Said

Meta l-Awditur Ġenerali investiga skemi ta’ finanzjament bejn l-2008 u l-2013 mill-Gvern għall-Kunsilli Lokali, qal li l-interventi tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Djalogu Pubbliku ma kienux ġustifikati.

Kien l-eks Ministru, u għal iktar żmien Segretarju Parlamentari, Chris Said li f’dan il-perjodu kien responsabbli mill-Kunsilli Lokali.  L-Awditur qal li l-interventi mhux ġustifikati kienu partikolarment fl-għażla preliminari ta’ applikazzjonijiet milqugħa fl-evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet u fid-determinazzjoni tal-fondi allokati.

Aqra aktar

Ir-rapport Chilcot fi ftit kliem

Il-kap tal-inkjesta dwar is-sehem tal-Ingilterra fil-gwerra tal-Iraq ippubblika rapport dwar il-kunflitt. Jemmen li kien imfassal fuq pjanar ħażin għall-kollox u ntemm mingħajr suċċess.

John Chilcot, uffiċjal taċ-ċivil, ħadem fuq l-inkjesta għal seba’ snin. Ir-rapport sar

Qal li r-Renju Unit għażel li jingħaqad fl-invażjoni tal-Iraq qabel kienu eżaminati alternattivi iktar paċifiċi.

Aqra aktar

Send this to a friend