Lokali – Page 2618 – One News

Notifiki

Professjonisti mediċi f’Boston għal taħriġ

Infermiera u professjonisti mill-isptar Karin Grech u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed jinbgħatu minn Vitals Global healthcare biex jitħarġu fi isptar internazzjonali tal-Boston. Dan sabiex il-professjonisti ikompli jtejbu s-servizzi mediċi li joffru lill-pazjenti.
Aqra aktar

Żewġ spetturi qrib tal-PN f’nofs l-investigazzjoni fuq is-sid tal-ħanut fis-Swieqi

Żewġ spetturi ta’ JobsPlus qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista jinsabu f’nofs l-investigazzjoni, li ssemmiet mill-Ministru Chris Cardona fil-Parlament ilbieraħtlula, dwar allegata vendikazzjoni li twettqet ma’ sid ta’ ħanut fis-Swieqi wara li dan laqa’ lil Simon Busuttil bil-kumment li llum żgur ma tistax tilmenta dwar in-negozju fil-pajjiż.

L-Orizzont tirrapporta li waqt li ġimgħa ilu l-Kap tal-PN kien qed idur il-ħwienet jippreżentalhom il-proposta li tissuġġerixxi tnaqqis fit-taxxa fuq il-qligħ għan-negozji żgħar, in-negozjant qallu bla tlaqliq li hu m’għandux għax igerger u ssuġġerilu li ma jibqax ikun negattiv f’dan ir-rigward. L-ORIZZONT informat li l-għada stess Pierre Farrugia, Kunsillier tal-PN fiż-Żurrieq, u raġel ieħor, it-tnejn spetturi ma’ JobsPlus, marru f’dan il-ħanut partikolari meta lanqas kellhom ikunu fil-lokal.

Aqra aktar

Titlef ħajjitha ftit mili bogħod mill-għarus tagħha qabel kellha tiżżewġu

Minn ħolma għal ħmar il-lejl. Dak li kellu jkun tieġ tal-ħolm inbidel fi traġedja għal Rosemere do Nascimento Silva minn Sao Paulo fil-Brazil.

Hija riedet tissorprendi lill-għarus tagħha Udirley Damasceno, li kien qed jistenniha fil-post fejn kellhom jiżżewġu. Riedet tasal f’ħelikopter li kellu lil ħuha bħala pilota. Iżda dan iġġarraf, b’konsegwenza li mietu hi u ħuha, u fotografa li kellha sitt xhur tqala.

L-inċident seħħ ftit mili biss bod minn fejn kellhom jiżżewġu.

Aqra aktar

ARAHOM HAWN: Bartolo jippreżenta kopji tal-emails u SMS li għaddew bejnu u Rizzo

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo illejla poġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-e-mails u l-SMSs li għadew bejnu u bejn l-eks Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada, Philip Rizzo.

Madankollu, Il-Ministru Bartolo qal li huwa talab parir legali biex jara jekk ir-rulings li kkwota l-bieraħ l-iSpeaker kienux japplikaw għall-każ tiegħu għaiex huwa kien qed jaqra stqarrija li fiha kkwota d=dokumenti u ma kienx qed jaqra mid-dokumenti f’idejh.

Aqra aktar

Matthew Paris Viċi-President tal-MFA

Matthew Paris inħatar Viċi-President tal-Malta Football Association f’elezzjoni missielta li ratu jikseb erba’ voti biss iktar minn Cory Greenland.

Paris kiseb 37 vot u Greenland 33. Dan f’elezzjoni b’seba’ kandidati.

L-iżgħar single mother biċ-children’s allowance għandha bejn 10 u 14; l-ikbar bejn 70 u 74!

Tabella li l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi li l-iżgħar single mother li tirċievi ċ-Children’s Allowance għandha  bejn 10 u 14-il sena u toqgħod il-Belt Valletta waqt li l-akbar waħda fl-età għandha bejn 70 u 74 sena u toqgħod Ħaż-Zabbar.

Il-Ministru, li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat laborista Anthony Agius Decelis, qal li n-numru ta’ single parents li jirċievu l-għajnuna soċjali, kien ta’ 5,772.

Aqra aktar

Akkużati li stupraw tifel għal aktar minn siegħa u tefgħu filmati fuq l-internet

Ħames żgħażagħ Afgani kienu arrestati wara li tifel li għandu inqas minn ħmistax-il sena kien stuprat minnhom u mhedded b’sikkina ġewwa foresta. Dan waqt li ffilmjaw kollox.

Kollox seħħ f’Uppsala, fix-xlokk tal-Iżvezja, fejn it-tifel kien imsawwat, imkaxkar fil-foresta, miżmum kontra r-rieda tiegħu u stuprat għal aktar minn siegħa.

Aqra aktar

Bonnici u Abela jirrappreżentaw lil Malta f’Washington

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, attendew għal-Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fuq il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni organizzata mill-Istati Uniti f’Washington.

Din il-laqgħ ssir bil-għan li tevalwa l-koperazzjoni Trans-Atlantika fil-ġlieda kontra t- terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali.

Il-Ministri Maltin taw ħarsa lejn il-prijoritajiet fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern fl-ewwel nofs tal-2017, waqt il-perjodu tal-Presidenza Maltija tal-UE.

Qalu li f’dan iż-żmien Malta se tkompli taħdem biex issaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiddiskuti sfidi komuni fil-qasam tas-sigurtà għal benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

Aqra aktar

Send this to a friend