Lokali – Page 2617 – One News

Notifiki

Imressqa l-Qorti l-omm Ungeriża li ħarbet b’bintha f’Malta

Omm Ungeriza ta’ tlieta u tletin sena li kellha mandat t’ Arrest Ewropew maħruġ minn Ċipru kontriha tressqet il-Qorti is-Sibt filgħodu.

Hi kienet mixlija li ħadet minuri barra mill-pajjiż mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet Ċiprijotti, u li għaldaqstant, skont il-Qorti Ċiprijotta ikkommettiet reati skedati li jġorru piena ta’ tmintax-il sena priġunerija.
Aqra aktar

Jinsisti li ma jagħmilx tax audit

Għaddew xhur minn meta l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, kien sfidat joqgħod għal tax audit għall-ewwel darba.

Sfida li baqa’ ma laqax anke jekk fil-midja u fl-arena politika kienu qed iqumu mistoqsijiet dwar il-miljun ewro li jiddikjara li għandu l-bank u l-villa tiegħu fil-Għargħur deskritta bħala palazz.
Aqra aktar

Faċilitat il-mod kif tittermina prokura

Daħal fis-seħħ l-aħħar pass fir-riforma ta’ kif wieħed jista’ jittermina jew iħassar xi prokura ġenerali jew speċjali li jkun ta lil xi persuna oħra. Fil-fatt bis-saħħa ta’ regolamenti ġodda li daħlu fis-seħħ mit-2 ta’Diċembru tlesta l-proċess kollu sabiex tkun aktar faċli u effiċjenti biex wieħed ikun jista’ jittermina xi prokura.
Aqra aktar

Jitnieda l-kunċert tal-ewwel tas-sena

Għal sena oħra se jerġa’ jittella l-Kunċert tal-President tal-ewwel tas-sena, iżda din is-sena b’differenza hekk kif se jsir lejliet l-ewwel tas-sena, jiġifieri fit-31 ta’ Diċembru, u mhux fl-1 ta’ Jannar. Dan bl-għan li jkunu jistgħu jitgawdew aktar ċelebrazzjonijiet wara f’lokalitajiet differenti f’pajjiżna.
Aqra aktar

L-Oppożizzjoni bla kredibbiltà fejn tidħol l-Air Malta

Il-Gvern irreaġġixxa għall-istqarrija maħruġa mill-Oppożizzjoni dwar l-Air Malta, fejn sostna li hija ħasra li minkejja li għall-gallarija tgħid li ma ddaħħalx politika partiġjana, l-Oppożizzjoni ma’ kull ċans tipprova tagħmel il-ħsara u ma titlifx opportunità li titla’ fuq xi karru politiku anke fejn jidħlu deċiżjonijiet kummerċjali tal-linja tal-ajru.
Aqra aktar

Il-Kurja ma tridx strip clubs

“Fl-aħħar snin, infetħu għadd ġmielu ta’ gentlemen’s clubs f’Paceville. Dan il-fenomenu jistona mhux ftit mal-isforzi ta’ pajjiżna sabiex il-mara tingħata d-dinjità li tixirqilha” dan huwa kliem il-Kummisjoni Interdjoċesana dwar l-Ambjent li fi stqarrija lmentat dwar il-masterplan ta’ Paceville.
Aqra aktar

Send this to a friend