Lokali | One News - Part 2616

Notifiki

“Ħafna punti pożittivi, lanqas nista’ nibda nsemmi!”

Komplew it-tħejjijiet għall-baġit elfejn u sbatax b’jum ta’ konsultazzjoni bejn il-gvern u l-imsieħba soċjali.

Wara li fl-aħħar ġimgħat l-imsieħba soċjali preżentaw ix-xewqat tagħhom b’mod separat, dalgħodu poġġewhom quddiem il-ministru tal-finanzi bħala grupp wieħed mgħejuna wkoll mill-espert tal-MCESD.

Naturalment, l-imsieħba soċjali spjegaw ukoll għaliex jemmnu li għandhom ikunu l-proposti tagħhom li jgħamluha sal-bagalja tal-ministru.

Ħadna l-ewwel reazzjoni tal-Ministru Edward Scicluna.

Aqra aktar

ID-DELITT TA’ ELEANOR: Ingwanti bid-demm, kannabis, computer miżmum

Ingwanti mċappsa bid-demm ta’ Eleanor Mangion Walker instabu fil-karozza ta’ żewġha Andrew Mangion, flimkien mal-mobile tagħha.

Dettalji li ħarġu fil-Qorti hekk kif illum kompliet tinstema’ l-evidenza kontra Andrew Mangion, akkużat bil-qtil ta’ martu f’Lulju li għadda, liema qtil allegatament seħħ is-Swieqi, biex umbagħad ġisimha ittieħed f’maħżen f’Ħal Qormi.

Intant tressqu akkużi ġodda fil-konfront ta’ Andrew Mangion – fosthom li b’mod konxju iddispona minn evidenza ta’ reat u li ħeba katavru ta’ vittma ta’ qtil. Kien akkużat ukoll li kien fil-pussess tal-kannabis xhur qabel. Mangion ċaħad dawn l-akkużi.

L-ispettur tal-Pulizija Keith Arnaud dalgħodu semma’ telefonata li saret lil linja tal-emerġenza 112 u wera filmati CCTV ta’ tranżazzjoni bl-ATM li saret minn Andrew fl-Ibraġ, Swieqi u l-Mosta bejn it-tieni jum ta’ Lulju u sbieħ it-tielet.

Aqra aktar

Il-Popolari Ewropej jiddeċiedu kontra Leo Brincat

Il-grupp tal-Partit Popolari Ewropew iddeċieda ftit tal-minuti ilu li jivvota kontra n-nomina ta’ Leo Brincat.

one.com.mt jista’ jikkonferma li din id-deċiżjoni ttieħdet f’laqgħa li għaliha kien hemm il-membri tal-Parlament Ewropej Maltin f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Pedro López de Pablo , kelliem tal-grupp, ikkonferma magħna din l-informazzjoni. Għalkemm stqarr li l-vot sigriet u d-dixxiplina tal-vot ma tkunx dejjem skont id-direzzjoni tal-grupp.

Aqra aktar

Akkużat li hedded Pulizija

Raġel ta’ 26 sena mill-Gana u residenti Marsalforn ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta fil-Qorti li hedded uffiċċjal tal-Pulizija.
Aqra aktar

Send this to a friend