Lokali | One News - Part 2615

Notifiki

Reazzjoni tajba għaċ-charter tal-pazjenti

Il-Konsultazzjoni pubblika dwar il-Patient Charter, li l-Gvern nieda f’April, kienet milqugħa b’mod tajjeb minn membri tal-pubbliku u għaqdiet mhux governattivi, li taw is-suġġerimenti waqt il-perjodu konsultattiv.
Dan il-perjodu għadu kif ġie fi tmiemu, bil-pass li jmiss ikun li tinġabar l-informazjoni kollha u jittieħdu l-passi meħtieġa skont l-interess u l-bżonnijiet tal-pubbliku. Tkellimna ma’ Patricia Galea, direttur tal-istandards fis-saħħa.

Aqra aktar

Żdiedu l-inċidenti bil-vittmi ‘maqbuda’

Ix-xhur ta’ sajf qed ikunu impenjativi għall-membri tal-protezzjoni ċivili. Tkellimna mad-deputat direttur Emmanuel Psaila, li spjegalna li l-inċidenti tat-traffiku qed ikunu ta’ spiss, bil-mobile phone jista’ jkun li qed iwassal għal ċertu żieda. Innota li qed jiżdiedu każijiet fejn persuni jiqabdu fil-karozza u għalhekk ikun hemm bżonn l-intervent tagħhom sabiex jinħarġu u jittieħdu għall-kura.

Iddeskriva l-aktar każ diffiċli li esperjenza dan l-aħħar, li huwa dak ta’ nirien fix-Xewkija.

Aqra aktar

Festival letterarju b’diversi lingwi

Il-Forti sant’ Iermu għal darba oħra se jkun is-sit tal-festival internazzjonali tal-letteratura li se jħaddan awturi u poeti mnn pajjiżi differenti biex jesibixxu l-kitbiet tagħhom f’pajjiżna.

Dwar dan kellima wieħed mill-koordinaturi tal-festival, Adrian Grima, li spjegalna kif l-attrazzjoni ewlenija din is-sena hija fil-fatt il-preżenza ta’ ilsna differenti.

Aqra aktar

Mijiet għax-xalata b’inqas storbju

Wara ġimgħa ta’ xalar tal-festa, illum id-dilletanti ta’ Santa Marija rħewlha lejn ix-xalata. ONE News żar waħda mill-bajjiet lokali biex jitkellem man-nies dwar kif marru fil-festa. Iżda kuntrarju ta’ kif ħsibna, sibna atmosfera kalma minflok karozzi armati.Aqra aktar

Titwaqqaf l-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati

Daħlet fis-seħħ il-liġi li tara uffiċjalment it-twaqqif tal-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati. Dan ġie implimentat bil-ħruġ ta’ avviż legali.

Għaldaqstant l-Akkademja magħrufa bħala tal-Pulizija issa nbidlet għal waħda li se tkun qed tiġbor fiha l-erba’ Korpi Dixxiplinati f’daqqa: Il-Pulizija, l-Armata, il-Protezzjoni Ċivili u l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Dan bil-għan lit-taħriġ mogħti lil membri kollha jkun organizzat aħjar u wieħed kontinwu waqt il-karriera, li jmur oltre mit-taħriġ li jsir waqt ir-reklutaġġ.Aqra aktar

Battibekk bejn qraba ta’ mejta u dak akkużat li qatilha

Ritratt fuq facebook wassal għal battibekk bejn ħu Eleanor Mangion Walker, li ntqatlet ftit tal-ġimgħat ilu u qraba ta’ żewġha, Andrew, li qed ikun akkużat bil-qtil tagħha.

Kollox beda minn ritratt li telgħet oħt l-akkużat fejn fih kien hemm żewġ irġiel, fosthom l-akkużat u kitbet: “My Superheroes”. Dlonk irreaġixxa ħu l-vittma ta’ wieħed mill-iktar qtil makabri fl-aħħar snin u kiteb: “Superheroes don’t kill women.”Aqra aktar

Dak reklam! “Insew Kroazja u Ibiza u morru Malta”

“Insew Kroazja u Ibiza – il-btala li jmiss għandha tkun Malta.” Hekk jgħid it-titlu t’artiklu fuq is-sit Ingliż metro.co.uk bl-artikolista tagħti lista sħiħa ta’ postijiet f’Malta fejn wieħed jista’ jmur, inkluż bajjiet u żoni magħrufa għad-divertiment, inkluż San Ġiljan, il-belt kapitali u x-xeni pittoreski li wieħed jista’ jgawdi l-veduta tal-Port il-Kbir mill-Barrakka ta’ Fuq.

Aqra aktar

Send this to a friend