Lokali – Page 2614 – One News

Notifiki

Jinstab katavru fil-Marsa

Instab katavru ta’ raġel ta’ karnaġġjon skura taħt il-pont Aldo Moro, il-Marsa.
Il-Pulizija kienet informata b’din is-sejba għall-ħabta tal-16:00 illum. Ma jidhirx li kien hemm sinjali ta’ vjolenza fuq ir-raġel jew ċirkostanzi suspettużi, madanakollu l-Pulizija qed tinvestiga u infetħet inkjesta maġisterjali.

Fil-Parlament Malti, Schulz jenfasizza r-rispett lejn pajjiżna

Dinjità u kuraġġ – b’dawn it-tnejn, Malta qed titratta l-problema tal-immigrazzjoni irregolari.

Qal dan Martin Schulz fil-Paralament Malti, li għal darb’oħra qal li ċ-ċokon ta’ bħal Malta ma jfisser xejn, anzi jfisser li se nkunu aktar preparati.

Schulz tenna għal darba darbtejn ir-rispett tiegħu lejn it-tmexxija Maltija u qal li pajjiżna preparat  bl-aqwa mod għas-sitt xhur li ġejjin. “I never in my term was invited to a plenary session at the beginning of a presidency. This is a good signal, a symbol that you are committed”.

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech qal li hemm bżonn li l-biża’ u l-inċertezza li tinħass bħalissa fl-Ewropa hemm bżonn ikunu indirizzati. Paċi, sigurtà u prosperità, minn naħa l-oħra, huma oqsma fejn il-proġett Ewropew huwa suċċess.

Aqra aktar

Hemm luzzu fi Pjazza San Pietru!

Qed nirreferu għal luzzu li jagħmel parti mill-ewwel presepju Malti li ntrama’ fil-Vatikan.

Il-luzzu huwa wieħed biss mill-ħafna elementi Maltin.

Għandna aktar ritratti hawn, miġbuda minn Omar Camilleri mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.

Aqra aktar

Casa jattakka lill-President tal-Parlament Ewropew – jgħid li m’għandux ifaħħar lil Malta

Quddiem il-kliem pożittiv li kellu l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz lejn pajjiżna, lejliet li nieħdu Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Membru Ewro-Parlamentari David Casa ma felaħx ma jikkummentax, u ma felaħx ma jkunx negattiv.

Huwa kiteb li l-President Schulz jirrappreżenta l-Parlament Ewropew u m’għandux jesprimi opinjonijiet personali.

Madanakollu, kliem Schulz kien ċar: “I am very optimistic about the Maltese Presidency”.

Tal-Karnival jirrakkontaw kif kien ikollhom iqattgħu l-karrijiet biċċiet biex joħorġuhom u jdaħħluhom fl-imħażen

Meta tara karru tal-Karnival, tistħajlek tinbela’ mill-istruttura kbira ikkulurita, sinonima ma’ ħafna ferħ u briju tipikament Malti.

Iżda dak li jagħti dan is-sens ta’ ferħ attwalment ifisser sigħat ta’ xogħol iebes għad-dilettanti. Ngħidu hekk mhux biss għall-bini tal-karrijiet infishom imma għall-fatt li ħafna minnhom, wara li jinbnew, ikollhom jiżżarmaw kompletament u jerġgħu jintramaw barra l-imħażen, sempliċement għax m’hemmx infrastruttura adekwata bħalissa. Tal-Karnival spjegaw dawn il-bżonnijiet bażiċi – bħall-fatt li l-floats ma jgħaddux mill-bibien. Problema li ilha magħhom deċenji.

Kien lejn l-aħħar ta’ Novembru li l-Awtorità tal-Ippjanar approva l-pjan għall-villaġġ tal-Karnival. Proġett ta’ ħames miljun ewro li se jsir il-Marsa, minflok dak li nsibuħ bħala l-garaxx tal-Gvern qrib Albertown. Se jkun hemm 25 maħżen b’għoli ta’ tliet sulari, fejn jistgħu jinbnew il-karrijiet. Il-kumpless se jinkludi workshops anke għal min jaħdem fuq kostumi, għal min ikun irid jipprattika ż-żfin relatat mal-karnival.

 Hawn tista’ tisma dak li kellhom xi jgħidu l-membri mill-Għaqda Parteċipanti tal-Karnival.

Aqra aktar

Tiżdied b’7% l-attività fl-Outpatient f’Novembru

Matul ix-xahar ta’ Novembru fl-Isptar Mater Dei kien hemm żieda ta’ 7% fl-attività fid-Dipartiment tal-Outpatient, meta mqabbla ma’ Novembru ta’ sena ilu.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li waħda mill-akbar żidied fid-Dipartiment tal-Outpatient kienet fil-każijiet il-ġodda fejn minn 6,352 każ ġdid f’Novembru 2015, fix-xahar li għadda kien hemm 7,703 każ ġdid irrekordjat fl-Outpatient.

Kien hemm ukoll żieda sostanzjali fin-numru ta’ follow-ups, fejn f’Novembru 2015 kienu saru 17,386 follow-up filwaqt li x-xahar li għadda saru 18,430.

Aqra aktar

‘Malta lesta’

Dan kien il-messaġġ li wassal il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz, lejliet meta pajjiżna jieħu f’idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Tenna li jinsab ottimist li l-presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea se tħalli riżultati u żied jgħid li minkejja li pajjiżna hu l-iżgħar stat membru, dan mhux se jservi ta’ xkiel.

Fi kliemu stess: “It’s a good signal. These are challenging times to chair the Council..not only a challenge but a signal. I am very optimistic about the Maltese Presidency”.

Aqra aktar

Azzjoni ta’ inforzar kontra illegalità

Kompliet il-ħidma sfieqa mill-Awtorità tal-Ippjanar kontra żviluppi illegali.

Filfatt uffiċjali tal-infurzar mibgħuta mill-Awtorità kienu kostretti iwaqqgħu residenza li nbniet illegalment fuq art agrikola fil-Wardija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar.

Fis-sit li jaqa’ fiż-żona ta’ barra mill-iżvilupp inbniet saħansitra pixxina li tneħħiet ukoll bħala parti mill-operazzjoni ta’ infurzar li twettqet fl-aħħar sigħat.

Aqra aktar

L-aqwa lukandi diġà mimlijin

Il-fatt li t-turiżmu f’Malta ma naqasx wisq mix-xhur tas-Sajf qed johloq sfida ġdida lit-tim tal-loġistika li qed iħejji l-pajjiżna għall-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Matul il-presidenza se jkunu qed jintużaw il-lukandi kollha ta’ hames stilel kif ukoll xi lukandi t’erbgħa stilel, hekk kif l-ammont kbir ta delegati u ġurnalisti li se jkunu qed iżuru pajjiżna se jkollhom bżonn t’akomodazzjoni.

Xi ħaġa li kienet ta’ sfida għall-organizzaturi.

Aqra aktar

L-immigrazzjoni, Brexit, l-establishment – suġġetti indirizzati minn Schulz u Muscat

Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz inidirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja flimkien mall-Prim Ministru Joseph Muscat, hekk kif Shulz jinsab pajjiżna qabel tmiem il-mandat tiegħu nhar l-ewwel ta’  Jannar.

Schulz tkellem dwar l-immigrazzjoni bħala sfida ewlenija li għandu pajjiżna, fejn saħaq li huwa għalhekk li pajjiża se jkun motivat aktar biex jersaq lejn soluzzjoni. Sfida oħra li semma Schulz hija l-bidu tad-dħul fis-seħħ ta’ Artiklu 50, li għandu jara lir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, wara referendum li wera x-xewqa tal-poplu Ingliż.

Aqra aktar

Send this to a friend