Lokali | One News - Part 2612

Notifiki

JUNCKER: Unjoni Ewropea aktar viċin iċ-ċittadini

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean -Claude Juncker fid-diskors tiegħu waqt SOTEU  ħeġġeġ lill -mexxejja tal-UE biex ma jħallux Brexit jiddomina l-aġenda politika Ewropea, huwa qal li jeħtieġ ikollna viżjoni pożittiva għall-Unjoni li minkejja dak li kien qed jintqal fl-aħħar jiem ma tinsabx f’riskju. Aqra aktar

Tmurx l-iskola waħdek, imma bum a lift!

App fuq il-mobile se tiffaċilita li wieħed jiftiehem ma xi ġenitur jew student ieħor biex iwasslu lil xulxin l-iskola.

Din is-sena għoxrin skola primarja u sekondarja, kif ukoll l-Universita ta’ Malta se tkun rreġistrata li tista tuża din l-applikazzjoni bl-isem ta’ Bum A Lift, wara s-suċess tal- proġett pilota tas-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Tingħalaq parti minn Triq il-Kosta

Wara ħsarat fil-kanna prinċipali tad-drenaġġ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq il-Kosta l-ġimgħa l-oħra, Transport Malta se tkun qed tirritorna l-parti affetwata għall-kundizzjoni oriġinali tagħha.
Aqra aktar

SOTEU DIRETT: Id-diskors ta’ Juncker dwar l-U.E

SOTEU huwa diskors annwali u dibattitu li matulu l-membri tal-Parlament jirrevedu l-kisbiet tal-Kummissjoni Ewropea matul l-aħħar sena, kif ukoll jagħtu spjegazzjoni tal-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea għal matul is-sena 2017. Wara li l-President tal-Kummissjoni jagħmel id-diskors tiegħu, jibda d-dibattitu bejn il-Membri Parlamentari Ewropej. Dan id-dibattitu jsir kull sena matul l-ewwel sessjoni plenarja ta’ Settembru.
Aqra aktar

Appell għall-osservazzjoni tar-regoli f’siti ta’ kostruzzjoni

Regoli ta’ sigurtà f’siti ta’ kostruzzjoni mhux dejjem jiġu osservati. Kienu innotati każi fejn xerrejja prospettivi jiddaħħlu f’siti mingħajr il-protezzjoni meħtieġa, b’riskju kbir għas-saħħa tagħhom.

Dawk involuti għandhom jassiguraw li f’kull mument ikunu segwiti l-miżuri ta’ saħħa u sigurtà, qal Mark Gauci, il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

Stqarrija tal-istess OHSA ġibdet l-attenzjoni għal xi każi li ġew innutati.

Aqra aktar

Poteri ġodda – skrutinju miżjud

Bis-separazzjoni fi ħdan il-MEPA, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ingħatat il-poter li tappella għal proġetti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Dan il-poter  intuża fil-każ ta’ Tas-Sliema, f’turija ta’ livell ta’ skrutinju miżjud li qiegħed iseħħ. Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera, ikkummenta ma’ ONE News.

Aqra aktar

“Mhux se nkunu initimidati minn bullies” – Kamp Emerġenza Ambjent

Kamp Emergenza Ambjent kjarifikat li l-aċċess għal Manoel Island għadu miftuħ u li kull attentat biex jingħalaq dan l-aċċess se jkun milqugħ b’attentati oħra biex dan jinfetaħ.

Fi stqarrija qalet li għandha aktar minn xhud wieħed jgħid li l-kanċelli għal Manoel Island kienu magħluqa, kuntrarju għal dak li qalet il-kumpanija Midi. Fakkret li Malta kollha tista’ tixhed li l-aċċess ilu magħluq għal dawn l-aħħar sittax-il sena.

Kamp Emerġenza Ambjent qalu li Midi qed tipprova ittappan l-azzjoni tagħom b’gideb. “Qatt ma saqsejna għal aċċess għall Forti Manoel iżda Midi ddeċidiet tħallih kompletament miftuħ” komplew jgħidu, filwaqt li sostenew li mhux se jkunu mhedda minn ‘bullies’ li jaħsbu li jistgħu jaħkmu Malta.

 

Isma’ l-kummenti tal-Ewroparlamentari Laburisti

Il-mod kif fil-Parlament Ewropew il-Partit Nazzjonalista ġab l-interessi tiegħu qabel dawk tal-pajjiż kien ikkundannat mid-delegazzjoni  Laburista fil-Parlament Ewropew.

Il-Kap tad-Delegazzjoni, Alfred Sant, fisser kif fl-ebda mument ma’ kien hemm dubju dwar l-integrita ta’ Leo Brincat. Minn naħa tagħha l-Ewro Parlamentari Miriam Dalli sotniet li l-atteġjament tal-Partit Nazzjonalista qiegħed jikxef il-maskla ta’ Simon Busuttil u l-kilba tiegħu għall-poter.

Aqra aktar

Ma jirriżultax li tal-mini buses abbużaw

Investigazzjoni tal-Awtorità Maltija għall-Konsumatur dwar ir-rati ta’ trasport imħallsa minn ġeniturii li jibagħtu lit-tfal fi skejjel tal-Knisja ma sabitx abbuż minn naħa tal-operaturi tal-minibuses. Din is-sena l-operaturi żiedu l-prezzijiet tagħhom. Dan f’mument fejn il-Gvern ta’ inċentiv fit-taxxa lil dawk li jibgħatu lil uliedhom permezz ta’ dan it-trasport u l-prezz tad-diesel naqas.

Aqra aktar

Iwieġbu l-MIDI dwar Manoel Island – jgħidu li se jieħdu l-‘passi neċessarji’

MIDI plc ħarġet tikkundanna dak li sar nhar l-10 ta’ Settembru, meta tal-Kamp Emerġenza Ambjent daħlu f’Manoel Island.

Sejħu dan l-aġir ‘irresponsabbli’ u qalu li eskala l-problema, b’numru ta’ individwi jidħlu f’numru ta’ propjetajiet, inluż dawk li jagħmlu parti mill-patrimonju Malti. Skont il-kumpanij, saru atti ta’ vandaliżmu fil-Forti Manoel u fil-kappella ta’ Sant’Anġlu.

Ir-resident tal-Gżira ilhom sittax-il sena mċaħħda minn Manoel Island u l-baħar tal-madwar, minħabba xogħlijiet li suppost qed isiru fiż-żona, iżda li s’issa għadu kollox wieqaf. Għalhekk, il-Kunsill Lokali daħħal protest ġudizjarju quddiem il-qrati.

Il-kumpanija qalet li nnotifikat l-avvenimenti ta’ żgumbrar lill-Pulizija. Midi qalu li wara snin ta’ abbandun, il-Gvern sejjaħ lis-settur privat biex jidħol hu għall-iżvilupp ta’ Manoel Island u Tigne Point – żewġ siti li kellhom bżonn qawwi ta’ restawr.

Aqra aktar

Send this to a friend