Lokali – Page 2611 – One News

Notifiki

Sena rekord fil-gaming – kumpanija ġdida dalwaqt f’Malta

Rapport tal-Awtorità Maltija tal-Gaming juri kif l-ewwel nofs ta’ din is-sena żdiedu l-ammont ta’persuni li jaħdmu f’dan il-qasam b’31%.

Fl-istess waqt kompla jikber l-interess ta’ kumpaniji Maltin fil-qasam tal-gaming, biex jibdew joperaw minn pajjiżna.

Infatti kumpanija kbira mill-Istati Uniti fil-qasam tal-gaming mistennija tibda tħaddem bażi f’Malta minn kmieni s-sena d-dieħla

Żvela dan ma’  One News mic-Chairman eżekuttiv tal-Malta Gaming Authority Joseph Cuschieri, meta kien qed jikkummenta wkoll fuq ir-rapport  dwar ir-riżultati tal-industrija fl-ewwel sitt xhur tas-sena.

Aqra aktar

Tfajjel ta’ 13-il sena involut f’inċident li fih sewwieq weġġa’ gravi

 

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija seħħ inċident fi Triq is-Salini, n-Naxxar.

Tuneżin ta’ madwar 40 sena u residenti Buġibba, weġġa’ waqt li kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha, wara li dan kellu impatt ma’ vettura ta’ l-għamla Isuzu ELF, misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena residenti f’Santa Venera.

Tifel ta’ 13-il sena li kien passiġġier fil-vettura tal-għamla Isuzu sofra xi ġrieħi fl-istess incident.

Aqra aktar

Bormliż waqa’ minn fuq scaffolding fis-siegħa u nofs ta’ dalgħodu

 

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filghodu il-Pulizija ġiet infurmata li kienet weġġgħet persuna ġewwa sala, fi Triq Ħal Għargħur, l-Iklin.

Raġel ta’ 34 sena u residenti Bormla waqa’ minn fuq scaffolding, għoli madwar sular u nofs.

Jidher li fil-ħin tal-inċident ir-raġel kien qiegħed jgħin lil xi nies ineħħu xi affarijiet wara avveniment.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jiġi kkurat għal ġrieħi serji li sofra.

L-MUMN thedded strike dwar social workers u ħaddiema tal-ECG

Il-Malta Union of Midwives & Nurses dalgħodu ħarġet stqarrija fejn qalet li kitbet bi protesta lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fejn esprimiet ‘disgust’ għax saret laqgħa dwar is-Social Workers u l-ECG Technicians tliet ġimgħat ilu u jsostnu li għadhom qed jistennew risposta biex jigu konklużi il-Ftehim Settorali ta’ dawn iż-żewġ professjonisti.

L-MUMN qalet li tħoss li qed tigi injorata u qalet li jekk sa nhar l-Erbgħa 14 ta’ Dicembru 2016 ma tingħatax appuntament biex jiġu konkluzi ż-żewġ Ftehim Settorali, dawn l-impjegati ser jibdew isegwu azzjonijiet industrijali “inkluż strike mill-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2016 ‘l-quddiem mingħajr pre-avviż ieħor”.

Intant kien hemm min għamel ‘reply to all’ fl-email mibgħuta lill-mezzi tax-xandir, għalkemm wara qal li ntbgħatet bi żball.

Aqra aktar

Splużjoni ta’ sigħat ta’ leave

Jgħidu li wieħed mill-isbaħ rigali li bniedem jista’ jagħti lil bniedem ieħor huwa ħinu. U huwa proprju dan ir-rigal li l-uffiċjali pubbliċi qed jagħtu kull sena u li qed ikabbruh drastikament fil-volum minn sena għal oħra.

Is-Servizz Pubbliku jagħti l-opportunità lill-uffiċjali pubbliċi li jagħtu volontarjament parti mil-leave tagħhom lill-kollegi li jkollhom bżonn leave fit-tul minħabba mard. Dan jistgħu jagħmluh billi jagħmlu għotja ta’ sigħat ġo fond apposta jew inkella billi jagħżlu li jagħtu numru ta’ sigħat lil xi individwu speċifiku.

Aqra aktar

“Esperjenza unika”

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Kultura, Owen Bonnici, ddeskriva bħala esperjenza unika ċ-ċerimonja fejn kien inawgurat il-presepju Malti fil-pjazza tal-Vatikan. Minuti wara ċ-ċerimonja kkummenta hekk.Aqra aktar

L-Oppożizzjoni b’attakk ieħor fuq il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment

 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jiflaħx jara s-suċċess li qed jirreġistra pajjiżna bil-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment. Malli tħabbar li Malta diġà daħħlet mat-300 miljun f’investiment, l-Oppożizzjoni tatha rasha u bdiet terġa’ tattakka bl-istess mod aggressiv kif kienet għamlet fit-tnedija ta’ dan il-programm li huwa approvat mill-Kummissjoni Ewropea.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

L-ewwel, id-deputat Jason Azzopardi vvinta storja li l-Ministru Bonnici gideb lill-Parlament, liema allegazzjoni ġiet imwarrba mill-Ispeaker li sab lil Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ prima facie.Illum, l-istess Jason Azzopardi flimkien mal-Viċi Kap tiegħu Beppe Fenech Adami qed jgħidu li qed tinkiser il-Kostituzzjoni u għalhekk ressqu protest ġudizzjarju.

Lil hinn min-negattività tal-Oppożizzjoni, ir-realtà hija li l-ismijiet kollha ta’ min jingħata ċittadinanza Maltija, inkluż bil-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, jiġu ppublikati kull sena fil-Gazzetta talGvern; għalhekk m’huwa minnu xejn li l-Gvern qed jipprova jaħbi xi ismijiet, kif qed tagħmel l-Oppożizzjoni bl-iskema ta’ dejn sigriet li qed tħaddem.

Aqra aktar

Pittura misterjuża ta’ ċertu ‘Alberto’ mis-seklu 15 se tkun għall-wiri

Pittura fuq panew tas-Seklu 15 se tkun tista’ terġa’ titgawda mill-pubbliku wara li ġiet konservata u restawrata minn Heritage Malta. Permezz tal-wirja, ‘Reborn – an early Renaissance painting in focus’, dan il-panew jinsab esebit għal perjodu qasir fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fejn il-pubbliku jkun jista’ japprezza aħjar il-proċess ta’ restawr u konservazzjoni li kien meħtieġ biex il-pittura ma tintilifx.

 L-għan huwa li dan il-panew jitpoġġa għall-wiri b’mod permanenti fil-MUŻA, li huwa l-mużew il-ġdid tal-arti għall-komunitá fil-Berġa tal-Italja u li se jkun wieħed mill-akbar proġetti mwettqa għal Valletta 2018 meta tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Aqra aktar

Inċident fit-Tarzna – ħaddiem bi ġrieħi gravi

Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u għoxrin seħħ inċident ġewwa t-Tarzna.

Raġel ta’ nazzjonalita’ Sud Korejana, ta’ 37 sena, residenti San Ġiljan, weġġa’ waqt li kien qed jaħdem.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuna l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata il-kura meħtieġa, fejn wara ġie ċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Inawgurat il-presepju Malti fil-Vatikan

Tmiem-il ġimgħa speċjali għal dawk kollha li ħadmu fuq il-Presepju Malti li jinsab armat fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, hekk kif dan ġie inawgurat f’ċerimonja uffiċjali. Presepju xogħol l-artist Għawdxi Manwel Grech mgħejjun minn skwadra formidabbli, li huwa l-ewwel wieħed fil-Vatikan li sar minn persuni li mhumhiex Taljani.

Lil’hinn mix-xena tan-natività li mdorrijin naraw issoltu, f’dan il-Presepju twil dsatax –il metru mdawwar bi sbatax –il statwa ta’ karattri tipiċi Maltin, jiddomina luzzu – li jirrapreżenta lill-eluf ta’ persuni mġiegħla jitilqu minn pajjiżhom u jirriskjaw ħajjithom billi jaqsmu l-baħar bit-tama għal ħajja aħjar. Kienu tifel Malti u ieħor Taljan li xgħelu flimkien il-presepju, li issa se jibqa’ mixgħul sat-tmienja ta’ Jannar.

Aqra aktar

Send this to a friend