Lokali – Page 2610 – One News

Notifiki

Imnalla kien hemm fire extinguisher fil-vann stess…

Għall-ħabta tat-3:15 ta’ dalgħodu, nirien ħakmu vann fi Triq Fumicelli fl-Imsida. Il-vann Mitsubishi L300 ġarrab ħsarat fuq in-naħa ta’ quddiem tiegħu.

B’xorti tajba, xi persuni li kienu fit-triq tfew in-nirien permezz tal-fire extinguisher li kien fil-vann stess. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Anzjan minn Raħal Ġdid jintlaqat minn karozza fil-Ħamrun

Anzjan ta’ 76 sena minn Raħal Ġdid indarab wara li ntlaqat minn vettura fil-Ħamrun. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp meta l-anzjan intlaqat minn vettura tat-tip Opel Astra misjuqa minn persuna ta’ wieħed u għoxrin sena minn San Ġwann.

L-anzjan sofra ġrieħi ħfief u ttieħed l-isptar Mater Dei.

Żewġ seaplanes joffru spettaklu fil-Port il-Kbir

L-ibħra kalmi, f’għodwa sabiħa raw żewġ ajruplani tal-baħar jew kif magħrufin, seaplanes iduru u jagħtu spettaklu fil-Port il-Kbir f’attivita ma’ waħda mill-eqdem skejjel ta’ taħriġ fid-dinja f’dan il-qasam, l-Aero Club Como.
Fil-fatt, kienu l-Malta Seaplanes Association il-moħħ ewlieni wara l-avveniment Como-Malta rally, bil-għan li biex jerġgħu iqajmu din l-industrija b’potenzjal li kapaċi tiġbed lejn pajjiżna turiżmu ta’ livell. L-istorja ta’ Malta u dawn l-ajruplani tmur lura ‘l fuq minn mitt sena, tant li l-ewwel forma ta’ ajruplan li qatt tar fuq pajjiżna kien propju ta’ dan it-tip.
Johnathan Galea, organiżżatur kif ukoll pilota Malti li ilu snin jtajjar dawn l-ajruplani f’Como, spejga li s-sewqan tagħhom jirrikjedi għadd ta’ sfidi speċjalment mal-elementi tal-maltemp. F’din l-attivita, kien hemm preżenti, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis li saħaq dwar kemm huwa importanti li l-pajjiż ikompli jinvesti fl-industrija tal-avjazzjoni billi jġib fuq quddiem nett niċeċ ġodda kif ukoll dawk tradizzjonali lura bħal ajruplani tal-baħar.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: L-eżamijiet u l-ħiliet forensiċi tal-Pulizija fil-fingerprint u DNA ċertifikati bħala eċċellenti

L-eżamijiet forensiċi ta’ impronti tas-swaba u tqabbil tad-DNA li jsiru mill-Laboratorju Forensiku tal-Pulizija ingħataw ċertifikat ta’ eċċellenza u mejqusa bħala konformi mal-ogħla kriterji meħtieġa. Sinjal ta’ fiduċja fil-kapaċitajiet tal-Pulizija tal-Forensika fuq il-preżentazzjoni ta’ evidenza kompetenti fil-Qrati għal iżjed twettiq ta’ ġustizzja ma’ vittmi ta’ reati kriminali.

Dan intqal mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela fejn ħabbar li l-proċessi tekniċi utilizzati mil-Laboratorju f’dawn l-oqsma, għat-tielet sena konsekuttiva, żammew l-ogħla standards mitluba fuq livell internazzjonali u ingħataw akkreditazzjoni mill- Bord Nazzjonali tal-Akkreditazzjoni. Dan wara li awdituri kemm lokali u Ewropej spezzjonaw l-proċessi ta’ management, auditing u l-kapaċitajiet tal-pulizija tal-Forensika.

Il-Ministru Abela spjega li waqt investigazzjonijiet kriminali, l-elevazzjoni ta’ traċċi ta’ evidenza minn fuq xeni ta’ kriminalita’ waħedha mhux biżżejjed. Biex dawn jiġu utilizzati mill-prosekuturi u jkollhom relevanza quddiem l-awtoritajiet tal-Qorti, iridu jgħaddu minn proċess analitiku, u jiġu ippreservati fl-aħjar livelli possibli.

Aqra aktar

Iż-Żabbarin se jkollhom pitch aħjar għall-five-a-side

Wara li għal snin twal tħalla fi stat t’abbandun, fix-xhur li ġejjin se jkun qed isir xogħol ta’ ristrutturar fuq il-pitch tal-5 a-side f’Ħaż Żabbar.

Dan grazzi għal fondi li ngħataw lis-St. Patricks’s Football Nursery mill-Iskema għal Proġetti t’Organizzazzjonijiet Volontarji. Il-President tal-istess Nursery Joe Baldacchino tkellem dwar kif b’dawn il-flus, se jingħata wiċċ ġdid lill-grawnd billi jinbidel kompletament il-ħaxix sintetiku.

Aqra aktar

Tal-linja tgħoddha b’waħda

Qrib nofsinhar illum seħħ inċident b’tal-linja li fih b’xorti tajba ma weġġa’ ħadd.

Il-karozza tal-linja aktarx li saqet b’lura u kienet se tispiċċa f’ħofra f’post fejn qed issir kostruzzjoni fil-venda tal-Belt Valletta.

Ħajr għar-ritratt: Malta Diżastru Totali

Casa jrid ikun Segretarju Ġenerali tal-PN

 David Casa iddikjara li wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss irid ikun Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

Mistoqsi waqt il-programm Distinti jekk jikkunsidrax din il-kariga wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss Casa kien kategoriku u wieġeb “iva”. Casa ilu jixtieq jiġi lura Malta tant li kkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali mingħajr suċċess.

Aqra aktar

Studenti tal-liġi bi proposti dwar ‘hate speech’

Fl-okkażjoni tal-jum dedikat lid-drittijiet umani, grupp ta’ studenti tal-liġi mill-għaqda studenteska ELSA (European Law Students Association) ippreżentaw policy paper bl-isem ta’  ‘Hate Speech: Negotiating Peace in the Ambit of Freedom of Speech’.
Dan id-dokument ta’ sittin paġna huwa magħmul minn proposti relatati ma’ implimentazzjoni u traspożizzjoni li qed tadotta l-Unjoni Ewropea  biex tiġġieled ir-razziżmu u ksenofobija.

Aqra aktar

Anzjan investigat dwar abbuż ta’ tifla fl-Imsida

Il-pulizija qed tinvestiga każ fejn qed ikun allegat li anzjan ta’ 76 sena abbuża minn tifla ta’ għaxar snin ta’ nazzjonalità barranija.

Tagħrif li għandu one.com.mt jgħid li l-każ seħħ fl-Imsida fl-aħħar sigħat u jinvestigawh hemm l-Ispetturi John Spiteri u Jonathan Ransley.

Mhux eskluż li l-anzjan jitressaq il-qorti fi tmiem din il-ġimgħa.

Fenech Adami SKOMDU dwar Capital One

Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, reġa’ tilef opportunità oħra li jispjega dwar il-każ Capital One. Każ fejn issemmew ħasil ta’ flus u traffikar ta’ droga.

Fuq l-istazzjon nazzjonali Fenech Adami kien iffaċjat dwar dan mid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona, iżda ma ta ebda tweġiba sodisfaċenti.

Segwi hawn.

Aqra aktar

Send this to a friend