Lokali | One News - Part 2609

Notifiki

Id-‘dog friendly beach’ f’Baħar iċ-Ċagħaq tajjeb għall-għawm mill-ġdid

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, id-dog friendly beach f’Baħar iċ-Ċagħaq huwa tajjeb għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.

Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8.00 ta’ filgħodu sas-2.30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected] Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Barra dawn il-ħinijiet, il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iċempel fuq is-sistema awtomatika 2182 7146 jew fuq il-mobile għal Malta numru +356 7950 9918 u għal Għawdex numru +356 7950 9919.

Il-Pulizija qed tinvestiga dwar il-każijiet ta’ kaċċa illegali

B’referenza għall-istqarrija ta’ Birdlife Malta, il-Gvern għarraf li l-każijiet ta’ kaċċa illegali li għamlet referenza għalihom illum, qed jiġu investigati mill-Pulizija. Min jinstab ħati jista’ jeħel fost l-aktar sentenzi iebsa fl-Ewropa fuq kaċċa illegali.

Rigward il-proposta sabiex jiġi sospiż l-istaġun tal-kaċċa, skont ir-regolamenti, il-prerogattiva sabiex isiru rakkomandazzjonijiet biex jiġi sospiż jew jiġu emendati l-parametri ta’ kwalunkwe staġun tal-kaċċa hi tal-Kumitat Ornis.

Il-Gvern dejjem jevalwa u jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dan il-kumitat.

Aqra wkoll dwar x’qalu l-Birdlife u Kaċċaturi San Ubertu.

 

 

Kaċċaturi San Ubertu b’kundanna

Kaċċaturi San Ubertu (KSU) ikkundannaw kaċċa fuq tajr protett u appellaw lil-qrati biex jagħtu l-aktar pieni ħorox għal minn jinqabad.

Listess Ċikonja Sewda li instabet, għaddiet minn fuq il-Buskett ftit tal-ħin qabel u membru tal-Kaċċaturi San Ubertu ħadilha ritratt.

KSU jappellaw lill-Pulizija biex jieħdu il-passi u jinvestigaw bir-reqqa il-persuna li l-Birdlife qalet raw jispara u jiġbor iċ-Ċikonja. “Anke jekk ma tinstabx evidenza sogħda, la kien hemm ix-xieghda, nistennew li jixdu il-qorti biex minn kiser il-liġi jigi ikkastigat kif xieraq” qalu l-kaċċaturi.

Aqra aktar

“Id-deċiżjoni aħħarija tittieħed mill-Kunsill tal-Ministri” – il-Parlament Ewropew

Id-deċiżjoni aħħarija dwar il-ħatriet ta’ kandidati għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri tittieħed mill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew għamel dan ċar kristall fi stqarrija li fiha kkomunika d-deċiżjoni tiegħu dwar in-nomina ta’ Leo Brincat bħala membru tal-Qorti tal-Awdituri, f’vot meħud fis-sessjoni plenarja.

Fl-istess stqarrija l-Parlament għaraf li Brincat kien ġie approvat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Minkejja li huwa stat ta’ fatt li l-Kunsill jiddeċiedi l-aħħar, il-Kap tal-Oppożizzjoni u ċertu mezzi tax-xandir qed jużaw kliem bħal “ploughing ahead”, b’referenza għal dan il-pass.

Il-Gvern jirreaġixxi għall-vot fuq Leo Brincat

Il-Gvern fi stqarrija innota b’dispjaċir il-vot tal-plenarja tal-Parlament Ewropew kontra rakkomandazzjoni għan-nomina tal-Gvern Malti għall-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea ta’ Leo Brincat, illi minkejja li ġiet aċċettata u approvata mill-kumitat ta’ skrutinju tal-Kontroll tal-Budget tal-Parlament Ewropew li miegħu il-Qorti Ewropea tal-Awdituri taħdem ħafna fil-qrib, spiċċa biex tilef vot fil-plenarja.

In-nomina ta’ Brincat issa se tersaq quddiem il-Kunsill Tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni finali.

Aqra aktar

“Issospendi l-istaġun tal-kaċċa issa” – Birdlife

BirdLife Malta qalet li tinsab diżgustata u diżappuntata bil-qtil ta’ Ċikonji Suwed ilbieraħ. Tappella lill-Prim Ministru biex jissospendi l-istaġun fl-eqqel tal-passa biex ikun imħares it-tajr protett

Ilbieraħ, qalet il-Birdlife, kienet ġurnata kerha għall-ħidma li qed issir f’Malta favur il- konservazzjoni tal-għasafar hekk kif inqatlu żewġ Ċikonji Suwed. Uffiċjali ta’ BirdLife Malta raw b’għajnejhom waħda miċ-Ċikonji (Black Stork) tittajjar midruba fuq il-Buskett b’dik li deher li kienet ferita bid-demm fuq sidirha. Eventwalment it-tajra mietet u kienet fil-kustodja tal-pulizija (ara r-ritratti mehmużin).

Iċ-Ċikonja Sewda oriġinarjament kienet waħda minn żewġ għasafar li sparaw fuqhom f’Għawdex. Waħda nqatlet u nġabret minn kaċċatur li BirdLife Malta għaddiet id-dettalji tiegħu lill-Pulizija. Iċ-ċikonja l-oħra, għalkemm kienet qed issofri minn ġrieħi kkawżati minn tiri ta’ senter fin-naħa taż-żaqq u kellha ċ- ċomb fil-ġewnaħ tax-xellug, kompliet tpassi għal fuq Malta fejn ingħaqdet ma’ tliet Ċikonji Bojod (White Storks) li kienu osservati jittajru fl-inħawi tal-ajruport imma eventwalment mietet u ġiet mgħoddija f’idejn il-Pulizija. Ċikonja Bajda oħra kienet osservata aktar kmieni f’Għawdex, apparentement ukoll b’xi feriti.

Aqra aktar

Bidu ta’ Settembru suċċess għall-Gozo Channel

Fl-ewwel ħdax-il jum ta’ dan ix-xahar kien hemm żieda fl-ammont ta’ vjaġġi li saru permezz tal-Gozo Channel. Kien hemm żieda wkoll fl-ammont ta’ passiġġieri u vetturi li użaw is-servizz. Fi stqarrija l-kumpanija qalet li l-ammont ta’ vjaġġi żdied minn 726 għal 784, li tfisser żieda ta’ 58 vjaġġ, jew 8% aktar. Dan wassal gġal inqas ħin ta’ stennija .

L-ammont ta’ passiġġieri żdied minn 183,754 għal 201,689 – żieda ta’ 17,935, jew 9.8%.

L-ammont ta’ vetturi li żdied minn 51,398 għal 56,623 – żieda ta’ 5,225, jew 10.2%.

Il-kumpanija Gozo Channel ħarġet statistika għall-ewwel ħdax-il jum ta’ dan ix-xahar.

Il-Minsitru għal Għawdex Anton Refalo emfasizza li Settembru normalmet huwa xahar meta l-ammont ta’ żjarat lejn Għawdex jibda jbatti. Iżda din l-istatistika wriet kemm Għawdex hu kapaċi li jkompli jattira turisti, b’attivitajiet is-sena kollha. Iċ-Ċittadella restrawrata, b’mod partikolari, toffri attrazzjoni artistika u kulturali għal kull età.

 

Send this to a friend