Lokali | One News - Part 2537

Notifiki

Meħtieġa tibdiliet żgħar fil-pjanta

Ir-riġenerazzjoni tal-pjazza ta’ Raħal Ġdid se tinkludi bidliet drastiċi fl-estetika tal-pjazza, hekk kif iż-żona pedonali se tiżdied sew u għalhekk it-trasport li jgħaddi fit-triq tal-madwar se jkun affetwat. Għalhekk qabel ma jibdew ix-xogħlijiet, kull dettall huwa skrutinizzat bir-reqqa mill-Awtorità tal-Ippjanar, biex isir tajjeb mal-ewwel.

Aqra aktar

KMS ordnata tħallas

Il-Kunsill Malti tal-Isports kien ordnat iħallas kumpanija 22,000 ewro għal servizzi ta’ tindif li saru f’diversi proprjetajiet li huma operati mill-istess kunsill.

Aqra aktar

Kisser wara li rrifjutatu prostituta

Raġel Eritrejan ta’ 25 sena inħeles mill-arrest it-Tnejn filgħodu wara li wieġeb ħati għall-akkużi li għamel ħsarat fuq żewġ karozzi u mutur fil-Gżira.

Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, l-Ispettur Lara Butters akkużatu wkoll b’pussess ta’ kannabis waqt il-ħin tal-arrest.

Aqra aktar

Tibdil fix-xiftijiet fil-Korp tal-Pulizija

Waqt id-diskors tiegħu f’esibizzjoni tal-pulizija fil-Parlament, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, ħabbar proġett li jinsab fl-ewwel fażi tiegħu, biex isiru tibdiliet fix-xifts ta’ diversi taqsimiet tal-pulizija.

Aqra aktar

Aġġornat: Daqqiet f’ras il-vittma

Mill-awtopsja irriżulta li Eleanor Mangion Walker kellha numru ta’ daqqiet fuq rasha minn impatt jew attakk fiżiku li wassal għall-mewt tagħha. Madanakollu għadu mhux magħruf kif il-mara sofriet dawn il-ġrieħi.

Il-pulizija qed tfittex raġel li jista’ jgħinha fl-investigazzjonijiet ta’ dak li qed ikun imsejjaħ omiċidju.

Aqra aktar

Send this to a friend