Lokali | One News - Part 2465

Notifiki

Addio l-lingwa Ingliża?

 

Lil hinn mill-implikazzjonijiet politiċi ta’ Brexit, hemm rikperkussjonijiet prattiċi bħal x’se jiġri bil-lingwa Ingliża.

Kull stat membru għandu d-dritt li jinnomina l-lingwa uffiċjali tiegħu biex din issir waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. S’issa il-lingwa Ingliża kienet rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali minħabba r-Renju Unit.

L-Irlanda u Malta huma l-uniċi pajjiżi li għandhom il-lingwa Ingliża bħala lingwa uffiċjali, iżda aħna innominajna l-lingwa Maltija, u l-Irlanda innominat il-Gaelic.

Aqra aktar

Min imelles il-fniek u min isajjarhom!

Esperti f’diversi oqsma reltati mal-biedja u s-sajd tkellmu magħna waqt l-Imnjara, il-festa fejn professjonisti u dilettanti f’dan il-qasam jiltaqgħu f’post wieħed: il-Buskett.

Anna Zahra kellmitna dwar l-ilma tax-xita li din is-sena kien skars ħafna u li ħalla impatt fuq il-bdiewa Maltin. Noel Mifsud ipparteċipa fil-kompetizzjoni tal-aktar nagħaġ li jagħmel ħalib, filwaqt li Morgan Mifsud aktar jifhem fit-tiġieġ. Felix Farrugia jifhem fl-effet terapewtiku li l-fniek jista’ jkollhom fuq it-tfal, filwaqt li Oswald Scicluna jippreferi jsajjarhom il-fniek! Għalkemm ma żvelax l-ingredjenti ‘tal-familja’ li jagħmlu l-platt tagħhom speċjali.

Segwi l-filmat!

Aqra aktar

Beda ż-żmien ta’ riflessjoni għall-UE

Il-mexxejja Ewropej kollha qed jifmhu li l-mod kif taħdem l-Unjoni Ewropea trid tinbidel kif qed jinbidlu ċ-ċirkustanzi fl-Istati Membri.
Id-diskussjoni ma kinitx waħda ewforika, sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat, f’ konferenza tal-aħbarijiet wara li ntemm il-Kunsill Ewropew, li saħansitra iddeskriva d-diskussjoni tal-bieraħ filgħaxija bħala waħda mill-iktar diskusjsonijiet Ewropej proattivi.

“Ebda theddida magħrufa għal Malta” – Joseph Muscat

Mexxejja Ewropej qed jiltaqgħu llum f’dak li huwa meqjus summit ta’ kriżi fi Brussell, din id-darba mingħajr il-preżenza ta’ David Cameron.

F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Minsitru Joseph Muscat kien mistoqsi dwar is-sigurtà u l-fatt li Malta se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew is-sena d-dieħla. Stqarr li filwaqt li ħadd m’hu eżentat mill-periklu, l-informazzjoni li qed tasal min-naħa tas-servizzi sigrieti Maltin ma tindika ebda attivtà li tista’ tkun ta’ periklu għal Malta.

Aqra aktar

Miżuri stretti li ħallew il-frott

“Is-sigurtà ingħatat importanza ewlenija waqt l-Isle of MTV. Din is-sena ġew introdotti miżuri ferm aktar stretti għall-entratura tal-kunċert.”
Stqarr dan il-Ministru Carmelo Abela, filwaqt li qal li dawn il-miżuri ġodda ntlaqgħu b’mod pożittiv, kemm mill-pubbliku u anke mit-turisti li żaru l-kunċert.
“Il-pjan ta’ sigurta’ addottat kien immirat li joħloq bilanċ bejn il-protezzjoni tal-parteċipanti u divertiment responsabbli” qal il-Ministru ghall-Intern.

Aqra aktar

L-isbaħ nagħaġ u l-iktar fenek bellusi: festa sabiħa f’jum l-Imnarja

Eluf ta’ Maltin marru l-ġonna tal-Buskett għall-Imnarja, il-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Din il-festa tmur lura għal żmien il-kavallieri, meta kienu jieħdu l-opportunità għal jum ta’ divertiment aktar mis-soltu.

Hija wkoll festa tal-bdiewa, hekk kif illum jimmarka tmiem l-istaġun agrarju. Bdiewa li dan l-istaġun ma kienx daqshekk tajjeb għalihom, minħabba n-nuqqas ta’ xita. Qalulna wkoll li jinsabu mħassba bl-ammont ta’ xita barra minn żmienha li għamlet f’dawn il-jiem, li tagħmel aktar ħsara milli ġid.

Aqra aktar

11 arrestati waqt l-Isle of MTV

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li waqt il-kunċert Isle of MTV ilbieraħ ġew arrestati 11-il persuna, Maltin u barranin u li l-eta’ tagħhom tvarja minn 17 sa 40 sena.

Huma nstabu fil-pussess ta’ pjanta suspettata kannabis u raża tal-istess pjanta.

Il-persuni qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

Droga, arma u flus kontanti f’garaxx fl-Imsida

Ħidma mill-membri tal-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ilbieraħ wasslet għas-sejba ta’ iktar minn kilo sustanza suspettata raża tal-kannabis u madwar 100 gramma ta’ sustanza suspettata kannabis, flimkien ma’ arma tan-nar u madwar €20,000 fi flus kontanti, ġewwa garaxx fl-Imsida.

Aqra aktar

Send this to a friend