Lokali | One News - Part 2391

Notifiki

Riġenerazzjoni f’San Vinċenz … Investiment ta’ €10M

B’investiment ta’ iktar minn €10 miljun se jkun riġenerat il-kumpless Rużar Briffa f’San Vinċenz De Paul. Xogħol mhux biss kożmetiku, imma li se jinvolvi riġenerazzjoni u titjib tal-istrutturi eżistenti, u saħanistra estensjoni bl-iskop aħħari li jiżdiedu mhux biss is- sodod, iżda wkoll il-faċilitajiet.Aqra aktar

Miżura fil-Wasteserv biex taqta’ l-prekarjat

Bil-għan li tkompli tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-prekarjat f’entitajiet pubbliċi, il-Gvern ħabbar li t-terminu tal-kuntratt tal-ħaddiema tal- Wasteserv se jibda jiġi mġedded kull tliet snin minflok sitt xhur.

Dan ħabbru l-Minstru għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Josè Herrera waqt żjara li għamel fil-faċilitajiet tal-Wasteserv, f’Wied il-Għajn.

Aqra aktar

F’Malta 75 espert jiddiskutu l-ewwel stilel

75 espert internazzjonali fis-software jinsabu Malta din il-ġimgħa biex jiddiskutu dwar l-ikbar radio telescope fid-dinja, li qed jinbena fl-Afrika t’Isfel u fl-Awstralja.

Xjentisti esperti fil-kompjuter, inġiniera u astronomi qed jiddiskutu dan it-teleskopju fl-università l-antika fil-Belt Valletta. It-teleskopju jissejjaħ Square Kilometre Array, SKA fil-qosor, u qed jibena sabiex iwieġeb uħud mill-aktar mistoqisjiet fundamentali dwar l-univers u r-rwol tar-razza umana fih.

Aqra aktar

340 Pulizija jibbenefikaw minn revizjoni fil-ħinijiet tax-xiftijiet

Madwar 340 Pulizija qed jibbenefika minn revizjoni fil-ħinijiet tax-xiftijiet, fuq talba tagħhom stess. Dan stqarru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela waqt il-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Pulizija fil-komunità biex jiġi mmarkat il-202 sena mit-twaqqif tal-Korp.

Waqt il-ftuħ ta’ l-ewwel wirja li saret fil-Parlament fuq l-istorja tal-Korp tal-Pulizija, il-Ministru ħabbar li fl-aħħar ġimgħat inbeda proġett li fl-ewwel fażi tiegħu ġab fis-seħħ tibdil f’numru xiftijiet ta’ diversi taqsimiet tal-Pulizija.

Ġew introdotti ħinijiet ta’ xiftijiet aktar flessibli, li joffru mistrieħ adegwat u l-possibilità li l-membri jqattgħu aktar ħin mal-familja tagħhom. Diversi membri tal-Korp, bis-sehem tal-Unions, ressqu talbiet biex il-korp jikkunsidra d-diffikultajiet li diversi membri u l-familji tagħhom kienu għaddejin minnhom minħabba ħinijiet ta’ xiftijiet mhux vantaġġjużi.

Aqra aktar

X’se jiġri mill-Presidenza?

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ iddedika seduta Parlamentari biex jiddiskuti x-xenarju ġdid wara r-riżultat tar-referendum li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropa.  Wara stqarrija li għamel dwar l-aħħar laqgħat fi Brussell, wieġeb għadd ta’ mistoqsijiet.

Tkellem fost oħrajn dwar x’se jiġri mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, issa li l-poplu Ingliż għażel li joħroġ mill-Unjoni.  Qal li jemmen li l-Estonja għandha tibda l-Presidenza qabel, u sostna li jkun ta’ piż fuq pajjiżna jekk il-presidenza titwal b’ sena sħiħa. Qal li l-indikazzjonijiet huma li l-Estonia se taċċetta li testendi l-presidenza, iżda jekk ma jintlaħaqx qbil, Malta lesta tikkonsidra kompromess, bħal li tieħu f’idejha l-presidenza għal tliet xhur oħra.

Aqra aktar

32,461 persuna ħadu flushom lura f’sentejn

 Fis-sena 2014 kien hemm 29,126 persuna li ħadu pagament ta’ €110 jew ta’ €55 bħala rifużjoni ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi. L-ammont totali li ingħata lura fi flus s’issa kien ta’ €3,274,480.00 fis-sena 2014.
Fis-sena 2015 kien hemm 3,336 persuna li ħadu l-ħlas kollu dovut bħala rifużjoni ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi reġistrati bejn l-1 ta’ Mejju u l-aħħar ta’ Diċembru 2004. Dawn ingħataw l-ammont ta’ €2,315,847.57. Dan ħareġ fi tweġiba Parlamentari tal-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi. Aqra aktar

“Dejjem nimbuttaw biex isir iktar”

L-Edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-ħolqien tax-xogħol kienu t-temi ewlenin tas-sessjoni tat-Tnejn ta’ Gvern li jisma’. Sessjoni li rat il-parteċipazzjoni tal-Ministru Evarist Bartolo u is-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

‘Dejjem nimbuttaw biex isir iktar milli sar’, kliem il-Ministru Evarist Bartolo waqt is-sessjoni ta’ Gvern Li Jisma tat- Tnejn filgħaxija fejn kien diskuss il-qasam edukattiv u d-diversi inizzjattivi li saru u li għad irid isiru min-naħa tal-Gvern.

Aqra aktar

Send this to a friend