Lokali | One News - Part 2162

Notifiki

Minflok wieġbu dwar il-€250,000 qalulu “Get a Life”

Kollox jindika li l-Partit Nazzjonalista mhux se jilqa’ l-isfida li għamilu l-Ministru Owen Bonniċi, dik li  jippubblika prova ċara li l-loan ta’ kwart ta’ miljun Ewro li kien tahom Zaren Vassallo ftit jiem wara d-deal tal-art tal-Lowenbrau tħallas lura. Iżda l-Partit Nazzjonalista kellu biss “Get a Life” bħala risposta.

Screen Shot 2017-01-14 at 12.56.58

Aqra aktar

Il-PN sfidat jipprova li s-self ta’ Vassallo tħallas

“Nisfidaw lil Simon Busuttil jippubblika prova ċara li l-loan ta’ kwart ta’ miljun Ewro li kien tahom Zaren Vassallo ftit jiem wara d-deal tal-art tal-Lowenbrau tħallas lura biex jitneħħa kull dubbju.”

Din kienet l-isfida li għamel il-Ministru Owen Bonniċi waqt konferenza tal-aħbarijiet li ndirizza fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Il-Ministru tkellem dwar sensiela ta’ dubji li wieħed jistaqsi, wara dak żvelat mill-Awditur Ġenerali. Fosthom staqsa hix konċidenza li wara li nstab il-kompromess fuq l-art tal-Lowenbrau biex Vassallo bena imperu (wara intervent dirett ta’ Jason Azzopardi), Zaren Vassallo ta għotja ta’ €250,000 lill-Partit Nazzjonalista.

“Mhux ovja li jqumu dubji kbar?” qal il-Ministru Bonnici, u staqsa hux kumbinazzjoni li Vassallo xtara l-kumpanija LBM Breweries, bil-patt li jtiru l-kundizzjonijiet tal-art u l-fiddi taċ-ċens, u f’temp qasir il-Gvern qabel li jitħassru l-kundizzjonijiet u jifdi ċ-ċens. Flok issoktaw il-proċeduri legali li beda d-dipartiment tal-artijiet, daħal Azzopardi u qal li jinstab kompromess.

Il-Ministru qal li jqumu dubbji akbar meta l-finanzi tal-PN huma mistura, u biex dawn jitneħħew, sfida lil Simon Busuttil jippublika prova li s-self li tagħhom Vassallo tħallas lura.

Sfidah ukoll jgħid fuq l-iskema taċ-ċedoli jew dejn sigriet li ħadd ma jaf xejn fuqha ħlief minn ħawwad fil-borma u staqsa jekk Zaren Vassallo għandux xi ċedola.

“Simon Busuttil ma jistax jibqa’ mistoħbi, flok jattakka lil ġurnalisti li jsaqsu fuq dan il-każ, għandu jwieġeb aktar u aktar meta dan huwa l-istess persuna li jgħajjar lil kulħadd korrott fosthom riċenti lill-Kummissjoni Ewropea għax approvat il-proġett tal-enerġija” qal il-Ministru Bonnici. Aqra aktar

It-Torri l-Abjad b’dehra ġdida u użu differenti

Din l-Art Ħelwa ġiet inkarigata mill-Kunsill tal-Mellieħa biex tagħmel xogħol ta’ restawr fuq it-Torri l-Abjad. Il-ftehim iffirmat bejn il-Kunsill lokali tal-Mellieħa u Din l-Art Ħelwa jistabbilixxi li l-proprjetá se tkun tingħata b’self għal għaxar snin biex ikun jista’ jitlesta x-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni.

Aqra aktar

Pajjiżna b’ attività ekonomika aħjar min-normal

Rapport maħruġ mill-Bank Ċentrali jikkonferma li l-attività ekonomika f’pajjiżna tinsab f’livell aħjar min-normal. Fil-fatt, indiċi tal-kundizzjonijiet ekonomiċi maħdum mill-Bank Ċentrali juri li bħalissa dawn huma bil-bosta aħjar mill-medja fl-aħħar sittax-il sena.

Aqra aktar

Għal Busuttil, Salvu Mallia “jitkellem mill-qalb”

Fil-jum li fih Salvu Mallia għamel aktar kummenti li kisbu l-istmerrija ta’ bosta, il-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil reġa’ ħareġ jiddefendih. It-Times of Malta irrapportat kif minflok il-Partit Nazzjonalista ddistanzja ruħu mill-kandidat Salvu Mallia, ddeffendih billi qal li qed jitkellem mill-qalb biex jibgħat messaġġ kontra Gvern Laburista.

Aqra aktar

Send this to a friend