Lokali | One News - Part 2161

Notifiki

Andrew Mangion kien se jwettaq suwiċidju

Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Andrew Mangion, mixli bil-qtil tal-eks mara tiegħu Eleanor Mangion Walker.

Il-psikjatra Joe Vella Baldacchino saħaq li wara li l-akkużat kien ġie arrestat, huwa ordna li jinżamm f’żona t’iżolament minħabba li aktarx l-akkużat kien se jwettaq suwiċidju.

Aqra aktar

Akkużat b’hit and run waqt li kien xurban

Sirjan li tressaq il-Qorti mixli b’hit & run fil-by-pass ta’ Wied il-Għajn, allegatament kien fis-sakra.

Ahmad Abu Hassan ta’ erbgħa u ħamsin sena li għalih ma kintix l-ewwel darba li rifes l-għatba tal-Qorti ġie akkużat li waqt li kien xurban, fil-jum tas-Sibt, tajjar raġel u kelb li kienu fuq il-bankina u baqa’ sejjer.

Aqra aktar

Bla kumment: it-“tweġibiet” ta’ Azzopardi

Il-maġġoranza assoluta tal-ġurnalisti preżenti waqt konferenza tal-aħbarijiet li indirizza Jason Azzopardi dalgħodu kellhom domandi dwar l-art tal-Lowenbrau x’jistaqsu.

Azzopardi “wieġeb” billi inqeda b’libell li għamel lill-Ministru Owen Bonnici.

Aqra aktar

“Se tkun sena mimlija affarijiet pożittivi”

Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt riċeviment annwali għall-mezzi tax-xandir li saret ftit tal-ħin ilu.

Il-Prim Ministru qal li t-tmexxija tal-pajjiż tinsabu eċitata għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; esperjenza ġdida għall-pajjiżna.

Aqra aktar

Ġurnalisti jistaqsu fuq id-deal tal-Lowenbrau u Azzopardi ma wieġeb xejn

Ix-shadow minister Nazzjonalista, Jason Azzopardi, sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet biex jattakka l-General Workers Union u l-Gvern, iżda l-maġġoranza assoluta tal-ġurnalisti preżenti kellhom domandi dwar l-art tal-Lowenbrau x’jistaqsu.

Minkejja dan, Jason Azzopardi ma weġibx il-mistoqsijiet diversi li sarulu u biex jaħrab inqeda bil-fatt li għamel libell lill-Ministru Owen Bonnici.

Għal kull dettall jew spjegazzjoni li ntalab, wieġeb billi qal li għamel din il- kawża ta’ libell. Lanqas għall-mistoqsija sempliċi ta’ One News ma wieġeb.

Aqra aktar

“Busuttil dgħajjef wisq quddiem Salvu Mallia” – il-Partit Laburista

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li għal Simon Busuttil, huwa aċċettabbli li kandidat tiegħu, Salvu Mallia, li qed jimbuttah b’ saħħa, jirreferi għal Adolf Hitler b’mod pożittiv u ddeskrivih bħala “progressiv”.

Dan il-kandidat stilla tal-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil, għażel li jitkellem b’ mod pożittiv dwar dittatur li kien responsabbli minn uħud mill-akbar ġenoċidji u atroċitajiet fl-istorja tal-umanità.

Aqra aktar

Send this to a friend